KappelliMaltinTitleBanner Tal-Balal-ver01
New Logo - Kappelli Maltin - White SMALL

 

 

Anthony Blackman

ANTHONY BLACKMAN
Dip.Ed.Adm.& Mgt.;ESFIAP Hons; FMPS
1947 - 2018

Anthony Blackman
~ Fotografu ~

Anthony Blackman - Fotografu

Anthony Blackman twieled fl-1947.  Ħadem għal  żmien twil bħala għalliem u aktar tard bħala Kap ta’ Skola.  L-interess tiegħu fil-fotografija beda f’nofs is-sittinijiet tas-seklu għoxrin.

Hu esebixxa x-xogħolijiet tiegħu kemm f’Malta kif ukol f’salons internazzjonali u kiseb għadd ta’ premjijiet fejn tidħol il-fotografija tal-ambjent u n-natura.  Hu serva fuq il-Kumitat Eżekuttiv tal-Malta Photographic Society bejn l-1981 u l-1999 u ġie elett President tas-Soċjetà fis-snin 1989-1994 u 1996-1999.

Is-sur Blackman organiżża għadd ta’ esebizzjonijiet u kumpetizzjonijiet u ġġudika ritratti f’għadd ta’ kompetizzjonijiet.  Fl-1993 inagħta  l-ESFIAP mill-International Federation of Photography għas-servizz eċċellenti lill-arti tal-fotografija.  Fl-2004 inagħta t-titolu ta’ Honorary Fellow of the Malta Photographic Society  għax-xogħol li għamel fil-qasam tal-fotografija f’Malta b’mod speċjali għas-servizz li ta lill-Malta Photographic Society.

Knejjes u kappelli f’Malta

Meta rtira, is-sur Blackman beda l-proġett li jiffotografa l-knejjes u l-kappelli li hawn fil-gżejjer Maltin.  Dan għamlu sew biex jibqa’ attiv u fl-istess ħin jibqa’ jipprattika d-delizzju tiegħu tal-fotografija.

Hu kellu l-ħsieb li jiġbor ir-ritratti tal-knejjes u kappelli tal-gżejjer Maltin f’sett ta’ albums f’forma ta’ powepoint presentations.  Sfortunatament dan ma’ seħħx minħabba ċirkostanzi mhux  taħt il-kontroll tiegħu.  Iżda ir-ritratti kien laħaq naddafhom minn wires u distrazzjonijiet oħrajn li jtellfu mill-ġmiel tar-ritratt.

Is-sur  Blackmann għadda r-ritratti li kien ħa lis-sit www.kappellimaltin.com biex nużawhom skont il-ħtieġa.  Dawn il-videos qed nippreżentawhom f’żewġ modi:  L-ewwel bħala YouTube video fq il-kanal tagħna fuq YouTube imma wkoll bħala “streaming file” direttament fuq is-sit tagħna.  Dan tal-aħħar għandu daqs u riżoluzzjoni ħafna aħjar mill-video fuq YouTube u nissuġġerixxu li taraw lilu.  Użajna l-format tal-video għal raġunijiet tekniċi għax dan jista’ jiġi “streamed” fejn powerpoint ikun irid jiġi mniżżel fuq il- kompjuter qabel ma wieħed jaraħ – xi ħaġa li fid-dinja mgħaġġla tal-lum mhix mixtieqa.  Barra minn dan, video jissalvagwarda r-ritratti minn ikkupjar mhux awtorizzat.

Is-sit www.kappellimaltin.com jirringrazzja lis-sur Blackman tal-għotja li tana u ftit ftit intellgħu l-għaxar settijiet ta’ ritratti f’dan is-sit.

Jekk tixtieq xi ritratt partikolari minn dawn il-videos għall-użu personali tiegħek u skont it-termini li hemm fuq il-paġna Dritt tal-Awtur, jekk jogħġbok ikteb lill- webmaster@kappellimaltin.com u indika liema ritratt/i trid.  Infakkarkom li l-użu jrid ikun mhux kummerċjali u li tridu takkreditaw lis-sur Anthony Blackman għal kull ritratt li tużaw.

Nota dwar il-mużika ta’ dawn il-videos.

Il-mużika ta’ dawn il-videos hija kollha tal-kompożitur Johann Sebastan Bach.  Inħolqot elettronikament mill-programm Noteworthy Composer (ver. 2.75), esportata f’MIDI file u mbgħad, bl-użu tal-programm Synthfont (ver 2.0) u s-soundfont Sinfonia36.sf2 inqalbet għal MP3 u integrata fil-video.  Ghaldaqstant m’hemm l-ebda problema ta’ copyright minħabba l-mużika.  Għall-video, użajt il-Windows Movie Maker (ver 20) u esportajt għal videos format MP4.  Filwaqt li l-videos huma uploaded direttament fuq is-sit tagħna, dawn jinstabu wkoll fuq YouTube fuq ic-channel tas-sit tagħna
.
 

LogoKappellichanelYoutube

Album 1

Attard, Balluta, Balzan, Birkirkara, Birzebbugia u Burmarrad

Album Cover 1 (Sea)

J. S.Bach – Jesu, Joy of Man’s Desiring, BWV 147

Album 2

Bormla, Dingli, Fgura, Fleur-de-Lys, Floriana, Għargħur, Għaxaq, Gudja, Gwardamanġia, Gżira

Album Cover 2 (Sea)

J. S.Bach – Wachet auf, ruft uns die Stimme, Cantata, BWV 140  

Album 3 

Ħamrun, Ibraġġ, Iklin, Kalkara, Kirkop, Lija, Luqa, Manikata, Marsa, Marsascala

Album Cover 3 (Sea)

J. S.Bach – Cello Suite No.1 in G Majo r, Prelude, BWV 1007

Album 4  

Marsaxlokk, Mdina, Mellieħa, Mġarr, Mosta, Mqabba

Album Cover 4 (Sea)

J. S.Bach - Concerto n. 3 in Dm for keyboard BWV974

Album 5  A_Gdid

Msida, Mtarfa, Naxxar, Paola, Pembroke, Qawra, Qormi,Qrendi

Album Cover 5 (Sea)

J. S.Bach – Brandenburg No. 4

Album 6   A_Gdid

Rabat, Safi, San Gwann,Santa Lucija, Santa Venera, Senglea

Album Cover 6 (Sea)

J. S.Bach – Concerto for Two Violins in D minor,   BWV 1043 (Largo ma non tanto)

Album 7 - Dalwaqt

 

 

Nota:  B'kollox hemm 10 Albums tar-ritratti kif ukoll xi materjal ieħor li jista jittella' wkoll. 
Bil-mod il-mod intellgħu kollox.

Noel Ciantar © 2012-2023    webmaster@kappellimaltin.com