KappelliMaltinTitleBanner

 

Tal-Balal-ver01
New Logo - Kappelli Maltin - White SMALL

 

Il-Kappella ta’ Santa Margerita
~ Bormla ~

F’Bormla nsibu diversi kappelli u knejjes żgħar li wħud minnhom għandhom rabta mal-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann. F’misraħ Santa Margerita,  ftit ‘il bogħod minn fejn kienet il-venda tal-linja tal-istess lokal, insibu knisja ddedikata lil Santa Margerita, verġni u martri.  Ma’ din il-knisja, hemm il-monasteru tas-Sorjiet Karmelitani Tereżjani tal-klawsura.   Din il-kappella tmur lura għal qabel ma kienu ħaduha f’idejhom dawn is-sorjiet.  Kitba dwar il-ħajja u l-l-leġġendi marbutin ma’ Santa Margerita t’Antijokja fil-Pisidja tinsab hawn.

Oriġini

L-ewwel knisja ddedikata lil Santa Margerita jidher li kienet diġą teżisti qabel is-sena 1622 fl-inħawi magħrufa bħala “tal-mitħna tar-riħ”. Iżda din il-knisja kellha titwaqqa’ biex jinbnew is-swar ta’ Bormla, biex isservi ta’ difiża għal din il-Belt. Dan sar meta b’digriet veskovili tal-31 ta’ Ottubru, 1714 ġiet iddikjarata mhux aktar addattata għas-servizz reliġjuż. L-affarijiet li kien fiha kellhom jingħataw lill-Knisja l-ġdida meta tinbena. Bħala kumpens għall-Knisja l-qadima, il-Kavallieri kienu taw 400 skud u biċċa art biex fuqha tinbena l-knisja l-ġdida. Din hija l-Knisja li llum tagħmel parti mill-Monasteru ta’ dawn is-sorijiet li ħa ukoll l-istess isem tal-Knisja  jiġifieri Monasteru ta’ Santa Margerita.

Dun Pietru Pawl Parnis, qassis tal-Parroċċa ta’ Bormla, kien il-prokuratur tal-Knisja ta’ Santa Margerita meta din twaqqgħet. Għalhekk huwa kien involut fil-bini tal-knisja l-ġdida wkoll. Il-kuntratt tal-bini tal-knisja l-ġdida sar bl-atti tan-Nutar Gioacchino Grixti fil-21 ta’ Lulju, 1719 u sar bejn Dun Pietru Pawl Parnis, il-Prokuratur, u l-bennej Anton Azzopardi minn Ħal Luqa.  Il-Kampnar sar aktar tard, fl-1856 meta kien prokuratur Dun Salvatore Chetcuti u tħallas fit-8 ta’ Settembru tal-istess sena.

Ritratt:  Caroline Busuttil

Il-Knisja l-ġdida kellha tkun tixbaħ il-Knisja ta’ San Ġwann t’Għuxa, f’Bormla stess. Kellu jkollha tliet bibien - il-maġġur u tnejn laterali filwaqt li s-saqaf kellu jkun forma ta’ nofs tond jew troll u l-art miksija biċ-ċangatura ta’ Santa Venera.  Il-bini tal-Knisja kien lest fl-1720. Meta l-Knisja għaddiet għand is-sorijiet, kien hemm bżonn li jsir xi tibdil fil-mod kif kienet mibnija sabiex tkun addattata għall-bżonnijiet tagħhom.

Il-Portiku tal-knisja, li jixbaħ lil dak ta’ Santa Katarina tal-Belt.  Dan il-portiku huwa x-xogħol l-aktar riċenti mill-Knisja.

Il-Kappella u l-Monasteru

Fis-sena 1726, żewġ saċerdoti - Patri Anton Barbara u Dun Pietru Saliba - xtaqu jiftħu Konservatorju bl-isem ta’ Ġesł u Marija għal tfajliet fqar li xtaqu jgħixu fl-ispirtu ta’ Santa Tereża ta’ Ġesł. Wara ħafna taħbit irnexxilhom jikru dar u jgħammruha b’dak li kien verament neċessarju. Fid-9 ta’ Novembru tal-istess sena, bil-kunsens tal-Isqof ta’ dak iż-żmien, Fra Gaspar Gori Mancini, seba’ tfajliet ingħaqdu f’din id-dar taħt it-tmexxija ta’ Madalena Purselli minn Bormla. Patri Anton u Dun Pietru baqgħu jmexxu lil dawn it-tfajliet li malajr żdiedu fl-għadd. Għalhekk raw kif xtraw dar oħra u nifduhom flimkien sabiex ikollhom aktar kmamar.

Iżda din il-ħaġa ukoll ma kenitx biżżejjed għaliex meta mar iżurhom il-Gran Mastru Manoel de Vilhena ra biċ-ċar li kellhom bżonn aktar spazju. Huwa ordna li jinbnew aktar kmamar biex ikunu jistgħu jgħixu aħjar. Qlub ġenerużi oħrajn, fosthom is-Sinjura Theresa Falzon Dorel li ħalllitilhom 7000 skud, għenuhom biex jibnu l-Monasteru.

Ritratt:  Caroline Busuttil



Immexxijin minn Patri Anton Barbara, dawn it-tfajliet ġew imħarrġin fis-sura ta’ ħajja tas-Sorijiet Tereżjani.  Fuq talba tas-Superjura Madalena Purselli lis-Sede Appostolika, l-Isqof Fra Paulo Alpheran de Bussan ġie awtorizzat jagħraf lil dawn it-tfajliet bħala Terzjarji Tereżjani Regolari, fit-28 ta’ Ottubru, 1731.

Bi breve Appostoliku tat-12 ta’ Settembru, 1739, dawn is-sorijiet Terzjarji Tereżjani għaddew għas-Sekond'Ordni - jiġifieri setgħu jsiru Sorijiet Karmelitani Tereżjani tal-Klawsura. Fit-13 ta’ Ottubru, 1739, 17-il Soru għamlu l-Professjoni Reliġjuża tagħhom f’idejn l-Isqof ta’ Malta Fra Paolo Alpheran de Bussan.

Kien fis-26 ta’ Settembru tal-1737, li Dun Ġwann Battista Chrispo, Kappillan ta’ Bormla, għadda l-Knisja ta’ Santa Margerita lis-Sorijiet li sa dak iż-żmien kienu saru Sorijiet Terzjarji Regulari Karmelitani Skalzi, bl-atti tal-Kanċillier Veskovili Arnaldo Morello. L-Isqof Vincenzo Labini kkonsagra l-Knisja fit-28 ta’ Ottubru, 1787.

 

Il-Knisja minn barra u minn ġewwa

Il-Knisja ta’ Santa Margerita għandha faċċata kbira u, bil-portiku mill-isbaħ li hemm quddiemha, tagħmilha faċċata mponenti. Biex wieħed jitla’ għall-bieb tal-knisja, irid jitla’ numru tat-turġien. Il-portiku, li sar wara li kienet inbniet il-knisja,  jixbaħ ħafna lil dak ta’ Santa Katerina d’Italia tal-Belt Valletta. Fuq in-naħa ta’ fuq tiegħu hemm is-simbolu tal-martri, bl-ittra “P”, b’salib ta’ Sant’ Andrija fuqha, il-kuruna u l-palm.

Ritratt:  Caroline BusuttilMinn ġewwa l-knisja hija mdaqqsa sew u fiha tlett altari. L-altar maġġur huwa tal-irħam. Il-kwadru titulari huwa xogħol tal-pittur Francesco Zahra u jġib id-data tal-1758. Fih naraw lill-Madonna tal-Karmnu flimkien ma’ Santa Tereża ta’ Ġesł, li fis-sena 1562 bdiet ir-Riforma tal-Karmelu għas-Sorijiet Karmelitani. Wara Santa Tereża hemm San Ġwann tas-Salib, li fis-sena 1568, flimkien ma’ Santa Tereża, beda r-Riforma tal-Karmelu għall-Patrijiet Karmelitani. Ħdejn il-Madonna hemm Santa Margerita V.M., it-titular tal-Knisja.  Isfel, fuq in-naħa tal-lemin tal-kwadru hemm l-arma tal-Isqof Alpheran de Bussan biex tfakkar li l-kwadru ħallsu hu.

Fuq in-naħa tal-lemin tal-kwadru titulari hemm pittura ta’ San Franġisk de Paola (fl-Italja) u fuq in-naħa tax-xellug hemm pittura ta’ San Ġużepp. Taħt il-kwadru ta’ San Franġisk hemm kwadru tal-Beata Eliżabetta tat-Trinitą, Soru Terezjana Franċiża.  Taħt il-kwadru ta’ San Ġużepp hemm kwadru tal-Beata Maria ta’ Ġesł Msallab, Soru Tereżjana oħra minn Abellin, fl-Art Imqaddsa. Il-pittura tagħhom hija xogħol ta’ Patri Martin Borg O.C.D.

Ta’ min isemmi li l-iskannel u t-tabernaklu huma tal-altar antik, qabel ma sar it-tibdil biex dan ikun konformi mar-regoli tal-Konċilju Vatikan II.  Il-parti t’isfel tal-altar, li kienet tneħħiet meta sar l-ewwel darba l-altar mejda, hija xogħol ġdid, għalkemm fuq l-istess mudell tal-altar il-qadim. Ix-xogħol tal-irħam huwa tal-marmista Ronnie Pisani. L-altar mejda, xogħol ukoll ta’ Ronnie Pisani, iżomm l-istess stil tal-altari laterali biex ma jistonax mal-bqija tal-arkitettura tal-knisja. Dawn saru fis-sena 2000 meta kienet qed tiġi restawrata l-Knisja.

Iż-żewġ altari laterali huma ddedikati wieħed lil Marija Immakulata, li twaqqaf fl-1772, u l-ieħor huwa lil San Franġisk Saverju li huwa xogħol ta’ Francesco Zahra u sar ftit wara l-viżta pastorali li l-Isqof Alpheran de Bussan kien għamel fil-25 ta’ Ottubru, 1751.  Dan kien sar fuq talba li t-Teżorier tal-Katidral, li kien qiegħed jakkompanja lill-Isqof waqt il-viżta, kien għamel biex iwaqqaf altar f’gieħ dan il-Qaddis. Il-pittura li hemm fuq dik ta’ San Franġisk hija ta’ San Pawl. Il-kwadru l-ieħor ta’ taħt San Franġisk huwa ta’ Santa Tereża tal-Bambin Gesł, patruna tal-Missjonijiet bħalma huwa San Frangisk Saverju. Fuq il-kwadru tal-Immakulata hemm pittura bl-isem ta’ Marija. L-altari huma tal-ġebel. L-iskannel tal-altar tal-Kunċizzjoni huwa tal-injam.


Ritratt:  Caroline Busuttil

Ritratt:  Caroline Busuttil


Fuq kull naħa tal-bieb ta’ barra hemm lapida. Dik tan-naħa tas-sagristija tfakkar l-erba’ persuni li bl-għajnuna tagħhom twaqqaf dan il-Monasteru, jiġifieri Patri Anton Barbara, Dun Pietru Saliba, li kienu l-fundaturi tal-Monasteru, l-Isqof Alpheran de Bussan u l-Gran Mastru Manuel de Vilhena li dawn tal-aħħar kienu l-aqwa benefatturi tal-Monasteru. Il-lapida tan-naħa l-oħra tfakkar il-konsagrazzjoni tal-Knisja mill-Isqof Vincenzo Labini fit-28 ta’ Ottubru, 1787.

Fuq il-bieb ta’ barra hemm żewġ galleriji -  waħda magħluqa bi grada tal-injam li tintuża mis-sorijiet biex jgħaddu xi ħin fit-talb quddiem Ġesł Sagramentat, u l-oħra kienet tintuża mill-mużiċisti fil-festi l-kbar bħal dik ta’ Santa Margerita, titular tal-Knisja. Il-mużiċisti ilhom li nqatgħu għax il-kant u d-daqq qiegħed isir mis-sorijiet stess.

Il-lapida li hemm fl-art f’nofs il-Knisja kienet magħmula minn Indrin, ħu Dun Anton Barbara biex tfakkar li hemm jinsab il-qabar ta’ Dun Anton.

Il-Lapida tgħid hekk:


Ritratt:  Caroline Busuttil

Fi żmien il-GranMastru Fra Anton Manuel de Vilhena u l-Isqof  Pawl Alpheran de Bussan, benefatturi kbar tal-Monasteru tas-Sorijiet Tereżjani, anness mat-Tempju ta’ Santa Margerita sa mis-sena 1796, u li fih jinsab il-qabar ta’ Dun Anton Barbara, ħadd qatt ma ħaseb biex ikun hemm sinjal li jfakkar dan. Għalhekk Indrin, ħu Dun Anton Barbara, qabel miet, ħa ħsieb biex titpoġġa bi spejjeż tiegħu din il-lapida fis-sena 1766



Storja Riċenti

Fis-sena 2000, il-Knisja sarilha restawr ġenerali taħt is-sorveljanza tal-arkitett Vince Centorino. Il-pitturi kienu restawrati minn Patri Martin Borg O.C.D., il-Pirjol tal-Kunvent ta’ Santa Tereża, Bormla, u megħjun mis-Sorijiet stess. L-induratura saret mis-Sur John Pace.

Din il-Knisja tkun miftuħa kuljum. Filgħodu jkun hemm Quddiesa fis-07:15. Wara nofs in-nhar tkun miftuħa wkoll biex min irid ikun jista’ imur jitlob quddiem Ġesł Sagramentat. Jiġu ċċelebrati l-Festi kbar kollha tal-Knisja bħalma huma l-Milied, it-Tlett ijiem tal-Ġimgħa l-Kbira u l-Għid il-Kbir, kif ukoll tat-Titular tal-Knisja fl-20 ta’ Lulju, il-Festa tal-Madonna tal-Karmnu fis-16 ta’ Lulju, dik ta’ Santa Tereża ta’ Ġesł fil-15 ta’ Ottubru, u ta’ San Ġwann tas-Salib fl-14 ta’ Diċembru, kif ukoll xi festi sekondarji tal-Qaddisin Tereżjani.

Din l-informazzjoni ittieħdet kollha mis-sit tas-Sorjiet Karmelitani Tereżjani tal-Klawsura ta’ Santa Margerita f’Bormla u qed tintuża bil-permess tagħhom.

http://www.teresianuns.org.mt/page/min-a%C4%A7na

Ritratti:  Caroline Busuttil

Ritratt:  Caroline Busuttil
Ritratt:  Caroline Busuttil
Ritratt:  Caroline Busuttil

L-ewwel knisja ddedikata lil Santa Margerita jidher li kienet diġą teżisti qabel is-sena 1622 fl-inħawi magħrufa bħala “tal-mitħna tar-riħ”. Iżda din il-knisja kellha titwaqqa’ biex jinbnew is-swar ta’ Bormla, biex isservi ta’ difiża għal din il-Belt. Dan sar meta b’digriet veskovili tal-31 ta’ Ottubru, 1714 ġiet iddikjarata mhux aktar addattata għas-servizz reliġjuż.

Ritratt:  Caroline Busuttil
Ritratt:  Caroline Busuttil
Ritratt:  Caroline Busuttil
Ritratt:  Caroline Busuttil
Ritratt:  Caroline Busuttil
2013_01_20_7696

Video ta’ Caroline Busuttil

 

 

Video ta’ Leonard Zerafa u Caroline Busuttil

 

 
Ritratt:  Caroline Busuttil

 

Ritratt:  Caroline Busuttil

Noel Ciantar © 2012-2023    webmaster@kappellimaltin.com