KappelliMaltinTitleBanner Tal-Balal-ver01
New Logo - Kappelli Maltin - White SMALL

 

 

X’hemm Ġdid

 

Avviż


Sinjuri,

Bħalma wieħed seta’ jinduna, dan is-sit waqaf milli jiġi aġġornat għal-kważi sena għalkemm dejjem baqa’ jiġi mantnut.  Fost l-aktar raġuni għaliex ġara dan kien in-nuqqas ta’ ħin għar-riċerka u interessi oħrajn li għandi.

Issa li bħal ħafna oħrajn qiegħed maqful fid-dar (għalkemm qed nagħmel “teleworking”), qed nerġa’ nsib ħin għal dan is-sit.

Iżda l-problema ta’ nuqqas t’artikli għadha hemm.

 Għalhekk, jekk xi ħadd għandu xi kitba, anke b’mod rudimentari, dwar xi kappella li għadna ma tellajniex (araw il-lista ta’ dawk li tellgħajna hawn) ibagħtuhieli via email u minn hemm inkun nista’ nlaħħama u nagħmilha addattata għal dan is-sit.

Nirringrazzjakom,
Noel Ciantar

~ Merħba  ~  

Meta wieħed idur u jgħarrex madwar il-gżejjer tagħna, apparti t-tempji l-kbar, insibu wkoll numru kbir ta’ kappelli u knejjes żgħar imxerdin ma’ Malta kollha. Wieħed isib dawn il-kappelli kemm fiċ-ċentri kif ukoll fit-truf tal-irħula, fil-kampanja, u wkoll fl-inqas postijiet li tistenniehom bħal f’widien, għoljiet, f’għerien li mhux faċli tilħaqhom u saħansitra f’xifer l-irdum.

L-għan ta’ dan is-sit huwa li jagħti informazzjoni u jżid l-apprezzament ta’ dawn il-kappelli u knejjes żgħar. Sa ftit snin ilu konna naraw ħafna kappelli u knejjes tal-kampanja mitluqin, kważi waslu biex jaqgħu. Illum hawn moviment sħiħ ta’ restawr ta’ ħafna minnhom. Wieħed jieħu gost  jara kappelli li wara li ġew restawrati, reġgħu ġew fl-istat oriġinali tagħhom. F’dan is-sit issibu informazzjoni fuqhom, xi leġġendi ħelwin li nsibu marbutin magħhom, kif ukoll ritratti li juru l-ġmiel, fis-sempliċità tagħhom.

Iżda mhux biss.  Qed ninkludu wkoll kitbiet minn awturi Maltin esperti fis-suġġett kif ukoll l-awdjo tal-programm tar-Radju “Mat-Tokki ta’ Qniepen Żgħar”, li kien ixxandar b’suċċess fuq l-istazzjon tar-radju Radju Marija.  Ħsibna wkoll f’artikli u intervisti dwar passatempi marbuta mal-kappelli kif ukoll qed nagħtu xi listi ukoll marbutin mas-suġġett.  Billi t-teknoloġija qed tavvanza, ma setax jonqos li nużaw ukoll il-medium tal-videos li qed intellgħuhom fuq YouTube fuq ic-channel tagħna u nuruhom fil-paġni diveri biex nillustraw aħjar dak li nkunu qed ngħidu.

Qiegħdin nimxu maż-żmien iżda l-faxxinu tas-suġġett li hu l-kappelli jibqa’ l-istess anżi nittamaw ukoll li jiżdied aktar ma nimxu ‘l quddiem.

Id-Direzzjoni.

GhKLM-NewLogoB&W2


PO Box 17,
Qormi QRM 1000, ,Malta
hbieb@kappellimaltin.com


Għal aktar tagħrif, ikteb lis-Sur Louis Fenech fuq gigifen@gmail.com

Messaġġ mill-Eċċellenza tiegħu Mons. Pawlu Cremona OP, Arċisqof Emeritu ta' Malta.

arcisqof_emblemL-Eċċellenza Tiegħu Mons. Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona għoġbu jagħtina messaġġ għal dan is-sit.  Jekk jogħġbok agħfas l-istampa fuq il-lemin biex tara dan il-messaġġ.

Noel Ciantar © 2012-2023    webmaster@kappellimaltin.com