KappelliMaltinTitleBanner Tal-Balal-ver01
New Logo - Kappelli Maltin - White SMALL

 

 

carpenters-tools400

DSCF1969

article-new_ehow_images_a06_cm_8f_carve-soap-stone-800x800

Atriġġjanat u Passatempi  

Carmelo Vella -Kappelli tat-Terracotta

Ġiġi Mallia u Anġlu Fenech - Mudell ta’ Knisja tal-Injam

Frans Casha – Mudell tal-Bażilika ta’ Sant’Elena bil-ġebel 

Frans Cachia u Joseph Dalli – Vari tal-Ġimgħa l-Kbira fil-minjatura

Anġlu Fenech - Mudelli ta’ Knejjes Żgħar tal-Injam 

Il-ħlewwa u l-ġmiel tal-kappelli li hawn madwar l-gżejjer tagħna jsaħħar lil diversi persuni jesprimu t-talenti tagħhom billi jpittruhom, jiffotografawhom u jimmudellawhom bl-aktar sens artistiku.  

Il-pittura dejjem issaħħar għax tista’ tara kif l-artist fehem u esprima s-suġġett f’waqtiet differenti jew b’materjali differenti.  Tara wkoll oħrajn, li meta rtiraw komplew jużaw is-sengħa tagħhom biex jesprimu ruhhom b’dan il-mod.  Xi wħud mill-mudelli tal-kappelli li għandna f’din it-taqsima jkunu verament viċin lejn l-oriġinal inklużi fl-iżgħar dettal.

Għal din ir-raġuni ddeċidejna li ntellgħu din it-taqsima fejn fiha, min jipprattika l-arti jew għandu xi passatemp li għandu x’jaqsam ma' kappelli u l-istorja tagħhom, jista' jagħmel kuntatt magħna u hekk nagħmlu intervista miegħu u naqsmu dak li qed jagħmel mal-qarrejja ta’ dan is-sit.

Min jixtieq jikkuntattjana, jista' jagħmel dan billi jibgħat email fuq  webmaster@kappellimaltin.com.

Noel Ciantar © 2012-2023    webmaster@kappellimaltin.com