Ikteb lil:

Merħba lilkom fis-sit tagħna
Meta wieħed idur u jgħarrex madwar il-gżejjer tagħna, apparti t-tempji l-kbar, insibu wkoll ammont kbir ta’ kappelli u knejjes żgħar imxerdin ma’ Malta kollha. Wieħed isib dawn il-kappelli kemm fiċ-ċentri kif ukoll fit-truf ta’ l-irħula, fil-kampanja, u wkoll fl-inqas postijiet li tistenniehom bħal f’widien, għoljiet, f’għerien li mhux faċli tilħaqhom u saħansitra f’xifer l-irdum.
L-għan ta’ dan is-sit huwa li jagħti informazzjoni u jżid l-apprezzament ta’ dawn il-kappelli u knejjes żgħar. Sa ftit snin ilu konna naraw ħafna kappelli u knejjes tal-kampanja mitluqin, kważi waslu biex jaqgħu. Illum hawn moviment sħiħ ta’ restawr ta’ ħafna minnhom. Wieħed jieħu gost jara kappelli li wara li ġew restawrati, reġgħu ġew fl-istat oriġinali tagħhom. F’dan is-sit issibu informazzjoni fuqhom, xi leġġendi ħelwin li nsibu marbutin magħhom, kif ukoll ritratti li juru l-ġmiel, fis-sempliċità tagħhom.
Biex jgħina naslu għal dan l-għan, qiegħdin nagħmlu stħarriġ sempliċi tal-opinjoni tagħkom permezz ta' Poll kull tant żmien. Intom tistgħu tgħinuna billi tipparteċipaw regolarment f'dan l-istħarrig. Imbagħad, fuq ir-riżultati miksubin aħna nkunu nistgħu intejbu l-prodott li qed noffrulkom sabiex dan ikun aktar effettiv.
Nirringrazzjawkom bil-quddiem,
Id-Direzzjoni.
Żmien Transitorju
Deħlin fi żmien il-festi u din is-sena, għandu jkun staġun ta’ prova biex naraw liema direzzjoni ser jieħdu l-festi Maltin. Żgur li m’għandux ikun staġun ta’ ġlied u argumenti bejn l-awtoritajiet ekkleżjastiċi u d-dilettanti u għaqdiet tal-festi, għax inkella l-iskop kollu għalfejn issir il-festa, jiġifieri li r-raħal jiċċelebra flimkien, jispiċċa.
Għandna nimbuttaw sentimenti bħalma huma moderazzjoni, ftehim u konċessjonijet aktar milli nqiegħdu ruħna f’pożizzjonijiet a priori riġidi u ntransiġenti – u dan jgħodd għaż-żewġ naħat. It-triq tan-nofs ġenerelament tissodisfa ‘l dawk kollha ta’ rieda tajba u li kapaċi jirrispettaw ‘l oħrajn anke jekk ma jaqblux f’kollox magħhom. U nużaw il-kelma “oħrajn” minflok “avversarju” għaliex fil-materja tal-festi m’għandux ikun hemm avversarji u wisq anqas għedewwa għax l-iskop ta’ festa hu li r-raħal kollu jiċċelebra flimkien.
Bid-djalogu naslu għal qbil bejn kulħadd. Imbagħad ikun jonqos biss li dak li jkun ġie miftihem, jiġi attwat b’rieda tajba mill-partijiet kollha.
Il-festi b’hekk ikunu mezz ta’ għaqda u mhux ta’ firda.
Insellu għalikom
Id-Direzzjoni
Żmien Transitorju
|
3 t’Awissu, 2010 |
Kappella: Il-Kappella ta’ Sant’Agata, fl-Imdina; Attivitajiet: Festi u Attivitajiet għal Awissu, 2010 |
fittex fis-sit www.kappellimaltin.com

L-aħħar tibdil sar
03 August 2010
Sit mibni minn
Noel Ciantar
© 2007, 2008, 2009

