KappelliMaltinTitleBanner

 

Tal-Balal-ver01
New Logo - Kappelli Maltin - White SMALL

 

Ritratt: Caroline Busuttil

Il-Knisja tal-Vitorja
~ Imtaħleb, limiti tar-Rabat ~

L-Imtaħleb hu dak il-qasam ta’ art li jiġbor fiħ l-irdum ta’ fejn jiltaqgħu Wied ir-Rum, Wied Markozz u l-Wied ta’ Miġra l-Ferħa. Jiġi bejn il-Baħrija u Misraħ Suffara, fil-limiti tar-Rabat, imma mbiegħed aktar minn tliet mili miċ-ċentru tiegħu. lx-xaqliba hi mogħnija wkoll bi knisja li żgur li hi waħda mill-aħjar fost dawk tal-kampanja li jiddependu mill-parroċċa ta’ San Pawl tar-Rabat.

 

Ritratt: Caroline Busuttil

 

Oriġini

L-eqdem tagħrif li wasal f’idejna qiegħed fil-viżta appostolika ta’ Mons. Pietro Dusina fl-1575. Il-knisja kienet imsemmija għal Santa Marja Assunta. Tissejjaħ “Santa Marija tax-xahar ta’ Awwissu”. Fir-reġistru tal-viżta, il-post jissejjaħ Mitahlep - għalhekk, hu qrib ħafna tal-isem tal-lum. Iżjed tard in-nutara ħassru l-isem li kien fuq fomm il-poplu meta bdew jiktbu Monte Calibo. Il-knisja kienet fuq art ta’ Don Francesco de Alagona.

ls-sitwazzjoni tal-knisja kienet fqira. Lanqas il-bieb ta’ barra ma kellha. Paviment għall-korsija tagħha ma kienx jeżisti. F’dak iż-żmien kien fiha żewġ altari. Rettur għaliha ma kienx hemm.

Dun Leonard Michallef, magħruf iżjed bħala De Agatiis, fit-28 ta’ Jannar 1575, waqt il-viżta ta’ Dusina, iddikjara li nhar Santa Marija, hu kien jieħu ħsieb li jiġu reċitati l-għosrien u titqaddes quddiesa. Imma ma kien hemm l-ebda legat b’rabta ma’ dawn. Fl-lmtaħleb ma kienx hemm ħlief ftit bdiewa. Imma dawn xtaqu li fir-Randan l-Arċipriet tar-Rabat jibagħtilhom xi qassis ħalli jqaddsilhom u biex iqararhom għaliex kien hemm il-bogħod għalihom biex imorru l-Imdina jew fil-parroċċa ta’ San Pawl tar-Rabat. L-Arċipriet ħasbilhom għal dan il-qassis u huma kienu jagħtuħ offerta bħala għajnuna għall-għajxien tiegħu. Dusina fehem il-bżonn tal-lmtaħleb. Għalhekk, lil dik il-knisja ma għalaqhiex bħalma għamel ma’ bosta oħrajn. Imma ma riedx li fiha jibqa’ jitqaddes il-quddies qabel ma jsir bieb tal-għuda għad-daħla tal-knisja.

Id-dedika lit-Twelid tal-Madonna

Ftit żmien iżjed tard, wieħed mill-għonja ta’ Malta, li kien jismu Giovanni-Vincenzo Castelletti, għamel kuntratt quddiem in-Nutar Andrea Allegritto. Kien fil-5 ta’ Mejju tal-1607. B’dak il-kuntratt saret il-fundazzjoni ta’ ġuspatronat lajkali. Dan ħalla għall-knisja ġnien li kien fl-lmtaħleb, u kien f’post imsejjaħ  ‘ta’ Santa Marija’. Rabat miegħu l-obbligu ta’ tlettax-il quddiesa fis-sena. Il-kuntratt ġie kkonfermat b’att legali quddiem in-Nutar Giovanni Luca Mamo fil-5 ta’ Novembru tal-1636. L-Isqof Balaguer ta l-approvazzjoni tiegħu fis-7 ta’ Awwissu tal-1653. Castelletti li ssemma kien wild familja li, iżjed tard, fit-12 ta’ Ġunju 1725, ġiet mogħtija t-titlu nobiljari ta’ Baruni mill-Gran Mastru De Vilhena.

Castelletti ta ħajja ġdida lil dik il-knisja. Isimha jibda’ jidher bħala dik tat-Twelid ta’ Marija. Il-Knisja ġiet irranġata. Tqegħdilha rettur.  L-ewwel wieħed kien il-kjeriku Domenico Saliba. Minn dak iż-żmien bdiet issir quddiesa kull ewwel Ħadd ta’ kull xahar. Il-festa ta’ Marija Bambina bdiet tiġi ċċelebrata bl-ewwel għasar u b’quddiesa letta.

L-ewwel rettur miet fi żmien qasir jiġifieri fl-1608. Warajħ laħaq Dun Xmun Zahra (mill-Atti tan-nutar Xmun Galea, tat-28 ta’ Mejju tal-1608). It-tielet rettur kien il-kjeriku Dun Giovanni M. Zahra, mir-Rabat, li sar fit-12 ta’ Jannar 1636 (mill-Atti tan-nutar Giovanni Luca Mamo, tat-30 ta’ Settembru tal-1636 u tat-28 ta’ Diċembru tal-1677).  Ir-raba wieħed kien il-kjeriku Kamillu Cumbo minn Ħal Tarxien, li sar fit-28 ta’ Diċembru 1677 (mill-Atti tan-nutar Mario Salib, tat-28 ta’ Diċembru tal-1677).    Dan ir-raba’ rettur sab knisja mibnija mill-ġdid.

Il-knisja tinbena mill-ġdid 

Skrizzjoni mwaħħla mal-knisja tal-Imtħleb tgħid li Andreotta  Castelletti, fl-1656, bena l-knisja mill-ġdid. Għalkemm hawn  min jaħseb li Andreotta kien mara, dan hu isem ta’ raġel.  Kien iben Giovanni-Vincenzo li diġà semmejna. Kien hu li ħa ħsieb li jitpitter il-kwadru li hemm illum. Il-pittur kien il-Portugiż  Emanuele Pereira. Dan it-tagħrif jidher fil-viżta pastorali tal-1680 tal-Isqof Molina. Ftit snin ilu dan il-kwadru ġie  rrestawrat minn Ġorġ Farrugia minn Ħal Qormi bit-tħabrik  tar-rettur tal-Knisja il-Kanonku Dun Karm Cefai. Juri fiħ lil  Sant’Anna bil-Madonna tarbija fi ħdanha, imdawra bil-qaddisin  San Tumas D’Aquino, Sant’Andrija u l-Anġlu Kustodju. Jidher  ukoll bil-mustaċċi l-benefattur innifsu: Andreotta Castelletti.  Il-Barunessa D’Amico lnguanez tat kontribut għar-restawr  tiegħu. 

Il-pittur Pereira kien pitter kwadru ieħor għal knisja oħra  f’dawk l-inħawi. Kienet inbniet mit-tabib Michele Laurea f’ġieħ  Santa Manija, Sant’Alessju u Santa Marina. Fis-16 ta Luiju  1603, it-tabib ta l-knisja lil Awtorità Ekkleżjastika. Andreotta  Castelletti kien sewwa dik il-knisja wkoll u, fl-1655, hu qabbad  lil Pereira biex ipittirlu kwadru għaliha. Kien juri fiħ il-qaddisin  li għalihom kienet imsemmija. Billi Andreotta kien irranġa l-knisja  f’isem martu, fil-kwadru tqiegħdu l-istemmi ġentilizji tiegħu u ta’ martu, jiġifieri dawk ta’ Castelletti u Vassalli. Il-knisja,  biż-żmien, ġiet ipprofanata u, b’ordni tal-Isqof Molina, il-kwadru  ttieħed fil-knisja tal-Imtaħleb. Sa l-1890, kien għadu hemm. 

Il-Knisja fis-seklu tmintax

Fis-16 ta’ Mejju tal-1744, l-Isqof ta’ Malta Pawlu Alpheran żar il-knisja tal-Imtaħleb waqt it-tielet viżta pastorali tiegħu. Mill-atti tal-viżta, nafu li r-Rettur tagħha kien Dun Salv Zammit. Dan iddikjara quddiem l-Isqof li kien bid-dmir li jqaddes quddiesa nhar il-festa bla ma jkantaha. Il-quddies stabbilit għall-ewwel Ħadd ta’ kull xahar baqa’ jsir. L-Isqof ra b’għajnejh li l-knisja kienet miżmuma kif inhu xieraq. Kienet b’faċċata li tħares lejn it-tramuntana. L-altar kien wieħed tal-ġebel bir-relikwi fil-mensa tiegħu. Kien adattat għall-quddies. Kien jiżżejjen b’sitt gandlieri tal-għuda u b’ornamenti oħrajn fuq l-iskannell tiegħu. Fiċ-ċentru tiegħu, kien hemm teka tal-injam bi statwa tax-xemgħa ta’ Ġesu Bambin. L-lsqof għamel osservazzjoni ċkejkna. Kien meħtieġ li l-altar jiġi ssodat iżjed għax kien jiċċaqlaq xi ftit. L-istola waħdanija li kien hemm fil-knisja kellha tissewwa biex ma tibqax tiżżarrad.

Il-ġuspatronat D’Amico-Inguanez 

Mingħand il-familja Castelletti, il-knisja għaddiet biex saret ġuspatronat tal-familja D’Amico-Inguanez tal-Imdina. Din il-familja bdiet tgawdi d-dritt li tippreżenta lill-Isqof l-isem tar-rettur ħalli jiġi approvat. Inkiteb ukoll li l-knisja kienet waħda mill-benefiċjali tal-parroċċa ta’ San Pawl tar-Rabat. 

Fi Frar tal-1869, il-Barunessa M. Tereża D’Amico Inguanez riedet tagħti xhieda ta’ mħabbitha lejn il-bdiewa u l-oħrajn li kienu jgħammru f’dik iż-żona meraviljuża tal-kampanja Maltija. Baqgħet tinħass id-diffikultà li n-nies imorru r-Rabat biex jaqdu d-dmirijiet tagħhom bħala nsara. Għalhekk b’att legali quddiem in-Nutar Vincenzo Caruana, fit-3 ta April tal-1869, saret il-fundazzjoni ta’  20 quddiesa fis-sena. lr-responsabbiltà kienet fuq spallejn il-Prokuratur tal-Veneranda Lampada ta’ San Pawl tar-Rabat u taħt is-sorveljanza tar-rettur tal-knisja tal-Imtaħleb. 

Il-quddies kellu jsir fi ġranet ta’ obbligu għas-smigħ tal-quddies, u tul dak l-istaġun li l-bdiewa jqisuh l-ahjar wieħed. Imma l-Barunessa baqgħet iżżomm id-dritt tagħha li tinnomina r-rettur tal-knisja. Wara mewtha, in-nomina kellha ssir mis-suċċessuri min-naħa tal-iben il-kbir tal-famllja Castelletil. Il-quddies isir b’suffraġju għal ruħha. 

Għal dak il-legat, hi ħalliet kapital ta’ 1600 skud ta’ Malta. Il-viġendarju kellu jingħata s-somma ta’ 40 skud fis-sena.  Dawn kellhom ikunu żewġ skudi għal kull quddiesa li jitħallsu minnhom it-trasport u jkun hemm xi pedaġġ għalih. ld-dħul li jifdal mill-imgħaxijiet kellu jmur għall-paramenti sagri, ostji, xemgħa u nbid. Jekk l-imgħax ikun ta’ iżjed minn tlieta fil-mija, in-numru ta’ quddies kellu jiżdied. Jekk l-imgħax jonqos, jonqos ukoll il-quddies. Il-fundazzjoni ġiet aċċettata mill-Knisja kif hemm fl- Atti tan-nutar Vincenzo Caruana, tat-3 t’April tal-1869.

 

Ritratt: Caroline Busuttil

 

Il-Knisja fis-Seklu Għoxrin 

Sal-ewwel parti tas-seklu għoxrin, kien għadu diffiċli li wieħed imur sal-lmtaħleb. F’każ ta’ bżonn, tabib, qassis jew majjistra kienu jitwasslu b’xi karrozzin. L-ebda mudell ta’ karozza ma kien jasal hemm. lt-toroq kienu dojoq. Kien għad hemm bħal kanali mħaffrin fl-art li fl-imgħoddi kienu jaħsbuhom sinjali ta’ passaġġ ta’ xi karrettuni. Biż-żmien dawn tgħattew. Illum hemm il-kumditajiet ta’ toroq bil-bosta aħjar. Il-knisja wkoll għaddiet ħafna għall-aħjar, għalkemm id-diffikuitajiet ma naqsux. L-istruttura m’għadhiex dik tal-imgħoddi. Il-ħajja pastorali tjiebet ukoll. L-aħħar tliet retturi kienu Kanonċi tal-Grotta ta’ San  Paw!: Dun Franġisk Catania (li dam xi tliet snin), Dun Vinċenz Mangani (li dam 36 sena sakemm miet fis-6 ta Jannar tal-1949) u Dun Karm Cefai li serva bħala rettur ta’ din il-knisja bejn is-snin 1949 u l-2004.  Miet fid-Dar tal-Kleru f'Ottubru tal-2013 fl-età sabiħa ta' 93 sena.). 

Il-knisja minn ġewwa

Ħafna mill-opri tal-knisja ta’ llum saru bil-ħidma tal-Kan. Cefai. Hu laħaq l-Imtaħleb meta kien b’iżjed minn mitejn ruh jgħixu hemm. Imma f’dan l-aħħar żmien il-popolazzjoni naqset. Kien l-akbar mill-postijiet ċkejknin tal-kampanja tar-Rabat. B’xorti tajba, biex jiġi kkonservat l-ambjent karatteristiku u s-sbuħija naturali tal-post, dejjem ġew miċħuda l-permessi għall-bini ta’ djar u vilel. Ħafna djar ġodda imbnew lejn il-Baħrija, u b’hekk din għaddiet lill-Imtaħleb fil-popolazzjoni. 

Il-korsija tal-knisja ma ntmissitx. Imma l-altar iddaħħal ‘il ġewwa u żdiedu żewġ kappelluni. B’hekk saret bi stil ta’ salib Latin. lnbnitilha wkoll koppla. Il-lewn ħamrani tal-iskutella tagħha jidher ħafna anki mill-bogħod. Bl-għajnuna ta’ benefatturi u mill-ġbir tal-poplu saru l-opri tal-lum. Minn tal-imgħoddi l-knisja ma fadillhiex ħlief il-kwadru titulari. L-altar tal-ġebel li kien hemm qabel ma tkabbret kellu żieda tal-injam għall-festa. L-iskannell tiegħu kien magħmul f’għamla ta’ taraġ. Fuq it-tlett tarġiet għal kull naħa kienu jitqegħdu l-gandlieri. Dan l-artal sar meta l-knisja tkabbret u kien fil-post fejn illum hemm l-altar mejda. Dan tħallas minn Pawlu Zahra u martu Franġiska. Mete sar l-altar mejda tal-irħam, dak tal-ġebel tressaq rnal-ħajt. Għalih sar tabernaklu u sar ukoll presbiterju tal-irħam. Id-disinn kien ta’ Carmelo Tonna, inħadmu mid-ditta Salvu Muscat ta’ Raħal Ġdid, u tħallsu minn flus imħollijin minn Karmenu Cutajar. Dan kien fis-snin 1970 u 1971. Il-paviment tal-knisja hu ‘marmettone’ b’disinn tal-iskultur Rabti Ġużeppi Galea, u ħallsu għalih il-bdiewa tal-lmtaħleb. Ġanni Schembri, soċju tat-Museum, ħadem ħafna biex għen fil-ġbir għall-binl tal-knisja. Hu jistqarr li lin-nies dejjem sabuhom ġenerużi ħafna. 

L-istatwa tal-Bambina u l-Festa tagħha

Ir-Rettur Mangani, fl-ewwel snin ta’ wara t-tieni gwerrra dinjija, kien qed jaħseb għal statwa ta’ Marija Bambina. Fil-fatt , ma nafux li kien hemm ħlief waħda ċkejkna ħafna għalkemrn għall-Imtaħleb hi t-titular tal-knisja. L-istatwarju nkarigat kien Ġużeppi Caruana, imlaqqam Ta’ Marzjon, minn Bormia imma rifuġjat fir-Rabat. Kien ħabib tar-rettur innifsu. Ġie deċiż li bħala mudell tkun l-istatwa devota tal-Isla. Kienet se tkun tal-kartapesta. Imma, meta miet Mangani, l-istatwarju ma kienx lesta ħlief l-istatwa tal-kartapesta. Kien jonqos il-kulur u l-induratura. Malli ġie magħżul ir-Rettur il-ġdid, li kien il-Kan. Dun Karm Cefai,  tkompla x-xogħol li kien jonqos fuq l-istatwa. Qegħdin hawn fl-1949. Ġie mqabbad Ġużeppi Farrugia, induratur magħruf mill-Imdina, ħalli jindura l-istatwa. L-induratura qamet Lm50. Imma dik l-induratura ma kellhiex ħajja twila għaliex il-post fejn tqiegħdet l-istatwa kien umdu, u għalhekk id-deheb waqa’. Snin wara, saret induratura ġdida minn Horace Farrugia, iben Ġużeppi stess. Din qamet ħafna iżjed. 

Patri Sebastjan Scicluna, Franġiskan-Konventwali tal-komunita tar-Rabat ħadem gratwitament bradella sabiħa fis-sena 1974 għal din l-istatwa. ln-niċċa, imbagħad, għal din l-istatwa nħadmet b’mod artistiku mill-iskultur Rabti Anton Agius.  Dan ħa ħsieb ix-xogħol tal-arti li sar fin-niċċa, waqt li Patri Ġulju Eynaud, tal-Franiskani Minuri, ħaseb gratwitament għall-induratura tal-istess niċċa.

Il-festa ssir il-Ħadd fuq it-8 ta’ Settembru jew xi Ħadd viċin dan. Il-knisja tkun miksija kollha kemm hi bid-damask. Ġamri, Karmnu u Marjanna Cutajar, tliet aħwa, ħallsu għal sett ta’ 12-il gandlier tal-metall abjad li jintużaw għall-festa. Ġamri u Karmnu kienu wkoll il-benefatturi tal-altar ta’ rħam. Marion Cefai, oħt ir-rettur innifsu, ħadmet gratwitament ventartal tar-rakkmu bid-deheb. Il-festa hi popolari speċjalment man-nies tar-Rabat. Ħafna jmorru għall-fiera karatteristika li ssir. Lejliet il-festa, naraw il-folklor Malti bis-sehem ta’ għannejja tal-istil tradizzjonali li llum donnu qed jinqata’. Il-Banda Konti Ruġġieru tar-Rabat iżżid fil-briju ta’ nhar il-festa. Il-kant u l-mużika fil-knisja, nhar il-festa, ikun fi ħhsieb il-membri tal-Museum tar-Rabat.

 

Ritratt: Caroline Busuttil

 

L-Imtaħleb llum

Il-ħajja mmodernizzat għan-nies tal-lmtaħleb ukoll. Ilkoll għandhom il-makkinarji modern għall-ħdim tar-raba. Dawk il-ħamsin famlija li għadhom joqogħdu hemm m’għadhomx iħossuhom maqtugħin mir-Rabat għax ilkoil għandhom il-mezzi tat-trasport. Għal ħafna żmien il-knisja kienet tintuża bħala skola ċkejkna għat-tfal, imma, bit-tħabrik tar-rettur ta’ żmienna, seħħilhom jibnu skola ċkejkna mal-istess triq ta’ quddiem il-knisja. Kienet skola primarja. Imma biż-żmien inbidei l-iskop ta’ din l-iskola. Illum qed tintuża bħala post għar-rijabilltazzjonl tad-drogatl. Iż-żmien kellu l-konsegwenza tiegħu fuq in-nies tal-post. Ħafna familji bdew iħallu l-irziezet tagħhom u jmorru joqogħdu f’post ieħor, aktarx lejn ir-Rabat. Imma xorta waħda żammew l-għelieqi li kellhom. Illum bil-mezzi moderni li għandhom, huma jaħdmuhom fi żmien ħafna iqsar milli fl-imgħoddi. 

L-lmtaħleb baqa’ jsaħħarna għas-sbuħija naturali tiegħu. L-għoijiet tal-Ġdiewi, id-daħla ta’ Għar id-Dwieb, u l-għerien lmxerrdin jagħtu dehra li tolqot ħafna. Barra minn hekk, l-Imtaħleb hu post li jdewwaqna l-istorja li tinħass fl-oqbra mħaffrin fil-blat ta’ żmien il-Feniċi. L-lmtaħleb fih ukoll it-togħma tal-leġġenda meta niżlu lejn id-daħla ta’ Miġra l-Ferħa. Kif ifisser l-isem stess, il-post li ħafna minn missiriejietna fakkarhom fii-ferħ ta’ meta daħal fostna l-Konti Ruġġieru, li wassal lejn tmiemha l-ħakma tal-Mislem u qorrob il-bidu ta’ żmien aħjar taħt il-ħakma Normanna. 

Il-Knisja u l-Ħidma Pastorali llum

Il-knisja ġiet adattata għall-bżonnijiet tal-liturija tal-lum. Għalhekk, inħadem fl-injam ambone fuq disinn  ta’ Carmelo Tonna. Dan ġie rregalat lill-knisja mill-Kontessina Marija Theuma Castelletti u oħtha Anna  Fenech Carbot.

Billi, kif rajna, l-knisja kellha ż-żieda tal-kappelluni, tpitter kwadru għal kull naħa. Juru fihom lis-Sagra  Famlija u n-Nawfraġju ta’ San Pawl. Il-pittur hu Karmenu Spiteri, soċju tal-Museum rnill-lsla. Dak tas-Sagra Famlija tħallas mls-soċju tal-Museum Ġannl Schembri, li għalih ħallas Lm20. L-ieħor ta’ San Pawl tħallas minn Ġamri Cutajar (li diġà kien benefattur ta’ opri oħra). Dan qam Lm50.  B’din il-knisja nqdew għall-bżonnijiet pastorali mhux biss in-nies tal-Imtaħleb, imma wkoll ir-residenti ta’ Wied Bużbież, l-Andrijiet, Ta’ Ġurdanja, il-Frajna u l-Bruka. 

Fi żmienna, anki iżjed minn qabel, ir-rettur jieħu ħsieb li ma tonqosx il-ħidma pastorall permezz tiegħu nnifsu jew xi ħadd li hu jibgħat minfloku. Is-servizzi huma iżjed mlnn dawk ii tħallew fil-legat tal-Barunessa D’Amico lnguanez. Ma jonqos qatt il-quddies fil-Ħdud u l-festi kmandati, u f’xi okkażjonijiet oħra. Mill-1950 ‘l hawn saru wkoli diversi fundazzjonijiet. B’hekk titqaddes quddiesa anki fl-ewwel Ġimgħa u l-ewwel Sibt ta’ kull xahar, kif ukoll fil-ġranet tad-dehriet ta’ Lourdes. Hemm ukoll il-fundazzjoni għall-eżerċizzi tar-Randan. Sa ftit snin ilu kienu jsiru żewġ korsijiet, wieħed għan-nisa u l-ieħor għall-irġiel. lsiru fi żmien l-ewwel qamar kwinta tar-rebbiegħa, meta l-ġurnata tkun iżjed twila u t-triq tiddawwal ukoll bil-qamar kwinta. Klenu jmorru bil-fanali f’idejhom bil-mixi jew fuq xi karrettun lejn il-knisja. Illum, isir kors wieħed għal kulħadd.  Nhar ta’ Ħadd, mill-1940 sa ħafna snin wara, kienet issir konferenza għan-nies fil-knisja mis-soċjeta tal-Museum. Ħafna kienu jmorru għaliha u wrew lejhom l-apprezzament tagħhom b’xi affarijiet li kienu joffru lis-soċji li kienu jagħmlu dawn il-laqgħat.


Kitba ta’ Patri Alexander Bonnici O.F.M
Ritratti ta’ Caroline Busuttil u Reyden Mizzi
 

Ritratt: Caroline Busuttil
Ritratt: Reyden Mizzi
Ritratt: Caroline Busuttil
Ritratt: Caroline Busuttil
Ritratt: Caroline Busuttil
Ritratt: Caroline Busuttil
Ritratt: Caroline Busuttil
DSCF1744detail
San Pawl Nawfragu
Ritratt: Caroline Busuttil
DSCF1749
Ritratt: Caroline Busuttil
Ritratt: Reyden Mizzi
Ritratt: Caroline Busuttil

Noel Ciantar © 2012-2023    webmaster@kappellimaltin.com