KappelliMaltinTitleBanner
Tal-Balal-ver01
New Logo - Kappelli Maltin - White SMALL

 

 

WEB_AKG_C451B

WEB_pxa_microphone

WEB_SennMicrophone

Mat-Tokki ta’ Qniepen Żgħar
Skeda Numru 3

It-Tielet Skeda - Rebbiegħa 2008

Programm

Intervista

Noti fuq is-suġġett

Programm
Numru 1
07/04/2008

Noel Ciantar
(minflok il-programm li
ixxandar “live”)

220px-SennMicrophone

Intervista ma' Noel Ciantar, il-webmaster ta' dan is-sit. Hu jispjega l-għan ta' dan is-sit kif ukoll l-istruttura tal-informazzjoni fih. Din l-intervista tieħu post il-programm "live" li kien ħareġ minflokha fejn il-produtturi tal-programm kienu tkellmu mas-semmiegħa kif ukoll irrispondew il-mistoqsijiet mibgħuta permezz ta' SMS.




 

Programm
Numru 2
14/04/2008

Vincent Zammit

220px-SennMicrophone

Vincent Zammit hu għalliem u storiku li narawħ ta' spiss fuq programmi televiżivi li għandhom x'jaqsmu ma' l-istorja ta' pajjiżna. F'din l-intervista ser niffokaw fuq il-knejjes li nsibu fil-Belt Valletta. Dawn il-knejjes nistgħu inaqsmuhom fil-Knejjes tal-Knisja, oħrajn tal-Gvern u Knejjes ta' ordnijiet reliġjużi. Hawnhekk nitkellmu fuq il-knejjes li nbnew fi żmien l-Ordni, bħalma ngħidu aħna l-Knisja tal-Madonna ta' Liesse, li magħha hemm marbuta storja verament sabiħa. Jissemmew ukoll xi arkitetti u pitturi li ħadmu f'dawn il-knejjes.
 

Programm
Numru 3
21/04/2008

Prof. Stanley Fiorini
(l-ewwel parti)

220px-SennMicrophone

Prof. Stanley Fiorini hu storiku u studjuż tal-medjuevu kif ukoll awtur ta' għadd ta' kotba u artikli li għandhom x'jaqsmu ma' dan il-perjodu fl-istorja ta' Malta. F'din l-intervista nitkellmu fuq ir-Rollo ta' Senatore de Mello tal-1436, u ż-żjara appostolika ta' Monsinjur Pietru Dusina. Nitkellmu wkoll x'ġara meta ġew l-Arab f'Malta u Għawdex u dan x'fisser għar-reliġjon Kristjana f'pajjiżna. Din hi l-ewwel parti minn intervista twila maqsuma fi tnejn li Roderick Busuttil għamel lil Dr. Fiorini. It-tieni parti tal-intervista tixxandar fil-programm tal-gimgħa d-dieħla.
 

Programm
Numru 4
28/04/2008

Prof. Stanley Fiorini
(it-tieni parti)

220px-SennMicrophone

It-Tieni Parti tal-intevista ma' Prof. Stanley Fiorini. L-ewwel parti xxandret il-ġimgħa li għaddiet u tista' tinstema hawn fuq.






 

Programm
Numru 5
05/05/2008

Anthony Mangion

220px-SennMicrophone


Anthony Mangion hu librar fil-Librerija tal-Universita ta' Malta u storiku. Hu l-kustodju tal-Kappella tal-Lunzjata ta' Ħal Millieri fil-limiti taż-Żurrieq. Għall-programm Mat-Tokki ta’ Qniepen Żgħar, għamilnilu żewġ intervisti u f'din l-ewwel waħda jgħidilna dwar il-Kappella tal-Lunzjata ta' Ħal Millieri. F'din l-intervista nidħlu fid-dettal fuq l-oriġini ta' din il-kappella, u minn xiex għaddiet maż-żmien. Insemmu wkoll fuq meta din il-kappella għaddiet f'idejn l-organizazzjoni non-governattiva Din l-Art Ħelwa. Minn hemm beda xogħol kbir ta' restawr fejn inkixfu l-affreski uniċi li hemm f'din il-kappella. Ma jonqosx aċċenn fuq l-attivitajiet li jsiru f'din il-kappella.
 

Programm
Numru 6
12/05/2008

Prof. Mario Buhagiar

220px-SennMicrophone







Prof. Mario Buhagiar hu l-Kap tad-Dipartiment tal-Istorja tal-Arti, fi ħdan il-Fakulta tal-Arkitettura fl-Universita ta’ Malta. Kiteb diversi kotba fuq l-medju evu, kif ukoll ħafna artikli fuq kappelli speċjalment dawk trogloditiċi u medjevali. Għall-programm Mat-Tokki ta’ Qniepen Żgħar, tana żewġ intervisti; f'din it tieni intervista jitkellem dwar l-arkittetura tal-kappelli u kif din żviluppat maż-żmien. Naraw kif minn kappelli b'faċċati sempliċi mingħajr ebda tiżjin żviluppaw f'dawk b'arkittetura elaborata fuq stil barrokk, speċjalment dawk li nbnew fi żmien l-Ordni tal-Kavallieri ta' San Ġwann. Naraw ukoll kif żviluppaw il-kappelli minn ġewwa u minn dawk sempliċi bl-uniku tiżjin ikun l-affreski fuq il-ħitan tal-kappelli medjevali għal tiżjin arkittetoniku bħal kwadri ta' pitturi rinomati u perspettivi li m'għandhom xejn inqas ta' dawk tal-knejjes parrokkjali. L-ewwel intervista ta' Prof. Buhagiar kienet kienet ixxandret fl-ewwel skeda.

 

Programm
Numru 7
19/05/2008

Ġorġ Peresso

220px-SennMicrophone

Ġorġ Peresso li ikellimna dwar il-poema "L-Għanja tas-Seba' Niċeċ" ta' Ġorġ Żammit. Infakkrukom ukoll li Ġorġ Peresso diġa kitbilna artiklu dwar is-suġġett. Dan l-artiklu jinsab fil-paġna tal-artikli fuq is-sit tagħna hawn. Iżda li tisma' 'l Ġorġ Peresso jitkellem hu stess dwar din il-poema bl-istil u lingwaġġ inimitabbli tiegħu hija esperjenza li mhux ta' min jitlifha.


 

Programm
Numru 8
01/06/2008

Tony Terribile

220px-SennMicrophone


Storiku li żgur m'għandu bżonn l-ebda introduzzjoni magħkom għax kiteb diversi kotba u artikli, kif ukoll narawh fuq it-televiżjoni jitkellem fuq dak kollu li għandu x'jaqsam mal-knejjes u l-istorja tagħhom f'pajjiżna. Din hi t-tieni intervista li għamilnilu għal-programm "Mat-Tokki ta' Qniepen Żgħar" fejn fiha jitkellem fuq id-devozzjonijiet kif ukoll pellegrinaġġi li kienu jsiru għal knejjes u kappelli. Jissemma l-pellegrinaġġ annwali li jsir f'San Girgor, l-Erbgħa ta' wara l-Għid, kif dan oriġina u kif kellu jiġu aġġornat maż-żmien. Dan kollu flimkien ma' informazzjoni oħra fuq l-istorja tal-kappelli, li huma ferm għal qalb Tony, ma jonqsux f'din l-intervista.
 

Programm
Numru 9
02/06/2008

Mons. Joseph Bezzina

220px-SennMicrophone

Monsinjur Joe Bezzina - storiku u awtur ta' diversi kotba u artikli fosthom żewġ kotba li jitkellmu fuq il-kappelli Għawdxin. F'din l-intervista jitkellem fuq il-kappelli li jinstabu fil-gżira ta' Għawdex. Naraw liema huma l-iktar kappelli antiki, kif ukoll xi ħaġa fuq l-oriġini tagħhom. Nikellmu ukoll fuq dediki ta' ċertu kappelli li huma ddedikati li qaddisin li ma nsibux dediki tagħhom f'Malta bħal San Dimitri, Santa Ċeċilja u Santa Martha. Fl-intervista tissemma wkoll il-kappella li hemm f'Kemmuna li l-oriġini tagħha tmur lura fiż-żmien.
 

Programm
Numru 10
09/06/2008

Carmel Bezzina

220px-SennMicrophone

Carmel Bezzina - Lecturer, membru tas-Soċjeta tad-Duttrina u storiku. Carmel li hu minn Ħal Balzan għandu ħafna għal qalbu lil Marija Annunzjata, miħabba li dan hu t-titular ta' raħal twelidu. F'din l-intervista nitkellmu kif beda l-kult lejn dan it-titlu Marjan kif ukoll kif dan daħal f'Malta. Imbagħad nitkellmu fuq diversi kappelli u knejjes żgħar li huma ddedikati lill-Lunzjata f'pajjiżna. Nitkellmu fuq l-oriġini tagħhom, l-istorja li għaddew minnha, kif ukoll l-arkitettura tagħhom. Ta' min isemmi li fil-website tagħna fis-sezzjoni KITBIET hemm kitba ta' Carmel Bezzina li titkellem fuq dan is-suġġett. 
 

16/06/2008

Xejn

Il-programm ma xxandarx

Programm
Numru 11
23/06/2008

Kan. Paul Gauci

220px-SennMicrophone



Kanonku Paul Gauci - Ex-rettur tas-Santwarju devot tal-Madonna tal-Ħerba, f'Birkirkara. Nibdew din l-intervista dwar l-oriġini ta' din il-knisja tant devota. Naraw xi fatti storiċi li jingħad li seħħew f'dan is-Santwarju. F'din il-knisja hemm ammont kbir ħafna ta' kwadri tal-wegħda jew ex-voto. Għalhekk naraw għaliex saru, u kif dawn ġew restawrati u nnumerati biex wara ġie ppubblikat ktieb dwar is-Santwarju u l-istorja tiegħu. Dun Pawl ikellimna ukoll fuq meta l-kwadru titulari tal-Ħerba ġie nkurunat u l-festi li kienu saru għal din l-okkazzjoni. Nitkellmu ukoll dwar ix-xogħol kbir ta' tisbiħ li sar fuq dan is-Santwarju, li sal-lum għadhom izuruh eluf ta' nies biex jinxteħtu f'riġlejn il-Madonna fi żmien ta' għawġ.
 

Programm
Numru 12
30/06/2008

Anthony Mangion

220px-SennMicrophone

Anthony Mangion - Librar l-Universita ta' Malta u kustodju tal-Kappella tal-Lunzjata f'Ħal Millieri limiti taż-Żurrieq. Din hi t-tieni intervista li għamililu. Fl-ewwel intervista konna tkellimna fuq il-Kappella ta' Ħal Millieri li jieħu ħsiebha hu. Din id-darba nitkellmu fuq l-affreski. Anthony jgħidilna x'inhu affresk u kif kien isir. Jidħol sew fit-teknika ta' dan ix-xogħol u jagħti eżempji ta' knejjes u kappelli li fihom insibu l-affreski mal-ħitan. Huwa jiddreskrivi ix-xoghol metikoluż li jirrikjedi attenzjoni kbira sabiex il-pittur joħrog dak li jkun qed ipitter.
 

webmaster@kappellimaltin.com   [Iktbilna jekk issib links miksurin]                                                                             Noel Ciantar © 2012-2017