Ikteb lil:

banner

Merħba lilkom fis-sit tagħna

Meta wieħed idur u jgħarrex madwar il-gżejjer tagħna, apparti t-tempji l-kbar, insibu wkoll ammont kbir ta’ kappelli u knejjes żgħar imxerdin ma’ Malta kollha. Wieħed isib dawn il-kappelli kemm fiċ-ċentri kif ukoll fit-truf ta’ l-irħula, fil-kampanja, u wkoll fl-inqas postijiet li tistenniehom bħal f’widien, għoljiet, f’għerien li mhux faċli tilħaqhom u saħansitra f’xifer l-irdum.

L-għan ta’ dan is-sit huwa li jagħti informazzjoni u jżid l-apprezzament ta’ dawn il-kappelli u knejjes żgħar. Sa ftit snin ilu konna naraw ħafna kappelli u knejjes tal-kampanja mitluqin, kważi waslu biex jaqgħu. Illum hawn moviment sħiħ ta’ restawr ta’ ħafna minnhom. Wieħed jieħu gost jara kappelli li wara li ġew restawrati, reġgħu ġew fl-istat oriġinali tagħhom. F’dan is-sit issibu informazzjoni fuqhom, xi leġġendi ħelwin li nsibu marbutin magħhom, kif ukoll ritratti li juru l-ġmiel, fis-sempliċità tagħhom.

Nirringrazzjawkom bil-quddiem,

Id-Direzzjoni.
 

Imbarazz u Ħwejjeġ Oħra

new8

2 t’April 2012

Kappella: Il-Kappella ta’ Sant’Anna, fil-Qrendi
Attivitajiet: Attivitajiet għal April 2012
Aħbarijiet: Restawr fIl-kappella ta’ Santa Ċeċilja, Għawdex; Il-mewt tas-Sur Pellegrini Petit.
 


 

fittex fis-sit www.kappellimaltin.com

 

Meta meta wieħed idur ftit mal-kampanja Maltija, wieħed ma jistax ma jitgħaxxaqx bil-ġmiel naturali li għandna. U meta f’dan il-pajesaġġ jilmaħ xi kappella antika, allura wieħed jiġi ttentant biex jiġbed xi ritratt biex iżommu rikordju jekk mhux ukoll mhux biex jiftaħar bih jew anke jdaħħlu f’xi kompetizzjoni. Dan għaliex il-kappelli rurali f’Malta huma karatteristika tal-pajesaġġ rustiku daqs kemm huma s-siġar taż-żnuber u taż-żebbuġ.

Iżda daqs kemm huma sbieħ is-siġar, daqstant ieħor ikerrħu l-ambjent meta jgħattu bini storiku: f’dan il-każ isiru imbarazz li jtellef is-sbuħija tal-arkitettura u sors ta’ imbarazz għal min ikun żeragħhom hemm. M’aħniex qed ngħidu li min jagħmel hekk ikun għamel hekk għax ma jkunx iħobb l-ambjent jew il-kappelli iżda għax forsi ma jkunx jifhem xi ħsara dawn jistgħu iġibu meta jinżergħu qrib bini storiku. Is-siġar sbieħ iżda f’posthom u dan ċertament mhux quddiem xi bini storiku.
 

Mhux siġar biss iħassru l-ambjent arkitettoniku ta’ bini storiku. Naraw wires tal-elettriku u telephones, arbli tad-dawl u tabelli tat-traffiku imwaħħlin bl-addoċċ ma’ kappelli. U meta toqrob xi elezzjoni ġieli naraw billboards iserrħu fuq blokki kbar tal-concrete li jgħattu xi parti jew oħra ta’ bini storiku. Karozzi pparkjati b’addoċċ ukoll ikerħu l-inħawi ta’ dawn il-kappelli. Naħli sigħat sħaħ bil-Photoshop nipprova nnaddaf ir-ritratti li ntellgħu fis-sit tagħna mill-imbarazz li jkun imwaħħal magħhom. Dan nagħmlu mill-aħjar li naf u bil-qalb – iżda nistaqsi, aħna l-Maltin tlifna s-sensitività għal dawn il-ħwejjeġ daqstant li biex naraw kappella fil-ġmiel kollu tagħha rridu bilfors narawha f’ritratt irtukkat?


Id-Direzzjoni
 

HbiebLogoMin jixtieq jissieħeb membru f’din l-għaqda għandu ħafna benefiċji, fosthom ikun infurmat bl-attivitajiet minn kmieni u jinagħta preferenza fuq dawk li mhux membri fil-ħarġiet li jiġu organizzati li, minn natura tagħhom, jesiġu limitu f’dawk li jattendu. U fuq kollox, isservi ta’ ħarġa u wieħed jiltaqa’ ma’ nies interessati u jifhmu fl-istorja ta’ Malta.


Għalhekk, jekk trid tissieħeb f’din l-għaqda, ikteb lis-Segretarju is-Sur Joseph Brincat fuq hbieb@kappellimaltin.com jew fl-indirizz postali c/o 98, Triq Dun Gaetano Mannarino, Birkirkara BKR 9085 u ma jiddispjaċikx. 

facebook logo SMALL
Għal min juża l-Facebook, jista’ jagħfas hawn.

L-aħħar tibdil sar
Mon, 02 April 2012
 

Sit mibni minn
Noel Ciantar
© 2007 - 2011

BannerNew
pMyButton4
pMyButton4

 

fuq facebook

facebook logo Extra Small