Papiet
Minn San Pietru sa Benedittu XVI

Lista tal-Papiet kollha tal-Knisja Kattolika
L-ewwel mexxej tal-Knisja kien Pietru, mill-Galilea, fil-Palestina, maħtur minn Sidna Ġesù Kristu stess bil-kliem "Inti Pietru, u fuq din il-blata, jiena nibni l-Knisja tiegħi". Pietru ngħata s-setgħa li jgħaddi din l-istess awtorità lil min jingħażel warajh.
Il-Lista tal-Papiet turi lista kronoloġika ta’ dawk li ngħataw it-titlu ta’ “Papa” jeww “Isqof ta’ Ruma” mill-Knisja Kattolika. Il-Papa huwa wkoll l-Isqof ta’ Ruma. M’hemmx lista “uffiċjali” ta’ min kien Papa, iżda l-Vatikan jippubblika l-Annuario Pontificio (speċi direttorju tal-Knisja Kattolika) li jkun fiħ ukoll lista ta’ Papiet li ġeneralment hija meqjusa li hija l-aktar waħda awtorevoli.
Il-kelma “Papa”, li bil-Latin tfisser “missier”, tintuża minn għadd ta’ Knejjes, halma huma, per eżempju, il-Kopti. Iżda normalment tintuża biex tindika il-kap tal-Knisja Kattolika. Il-Papa juża t-titlu uffiċjali ta’ Pontifex Maximus, it-titlu li kien juża l-għola saċerdot fi żmien Ruma tal-qedem.
Il-Lista
Il-lista li qed nuru hija dik tal-Annuario Pontificio tal-Vatikan, billi fl-istorja nsibu ismijiet oħra ta' nies li b' xi mod jew ieħor ħadu f'idejhom l-awtorità u l-isem ta' Papa. Uħud minn dawn sa spiċċaw anti-papiet, jiġifieri papa kontra l-Papa ġenwin. Il-Knisja dawn ma tagħrafhomx u m'humiex magħduda fil-lista aċċettata mill-Vatikan.
Hu maħsub li l-ewwel wieħed li elenka lista tal-Papiet sa żmienu kien kien Hermannus Contractus. Il-lista tiegħu tispiċċa fl-1049, bil-Papa Ljuni IX, li taħ in-numru 154. Fis-Seklu Għoxrin saru għadd ta’ bidliet. L-antipapa Kristoforu kien ikkunsidrat bħala leġittimu għal żmien twil. Il-Papa-elett Stiefnu, li dam biss ġurnata, kien jitqies ukoll bħala leġittimu u kellu l-isem ta’ Stiefnu II. Dan baqa’ jgħodd sal-1961 meta ismu tneħħa u llum ġieli jiġi nkluż bħala “l-Ewwel Papa Stiefnu II” sabiex jiddistingwuh minn Papa Stiefnu II li hu elenkat fil-lista llum.
Fis-sena 2001 il-Knisja Kattolika għamlet studju bir-reqqa u saru madwar 200 bidliet fil-bijografiji tal-Papiet.
Għalkemm il-lista li qegħdin nagħtu hawn fiha 263 Papa, fid-dati tal-pontifikati diversi jinsabu 265 taqsima għar-raġuni li l-Papa Benedittu IX tneħħa darba u darb’oħra bejgħ il-Papat qabel ma reġa’ bdielu. Għalhekk jidher fil-lista tliet darbiet - meqjusa bħala tliet pontifkati leġittimi. In-numru 263 huwa tajjeb għal mal-Papiet differenti aċċettati mill-Vatikan.
Is-snin li juru l-bidu u t-tmiem tal-pontifikat tal-Papiet ta' qabel il-Papa Elewterju (li miet fil-189) huma approssimattivi u jistgħu jvarjaw b' sena jew tnejn. Il-ġranet u x-xhur ta' meta nħatru l-papiet sa nofs is-seklu XI huma wkoll approssimattivi u għalhekk fil-lista m'aħniex nagħtu la dawn u anqas id-dati preċiżi tal-Papiet ta' wara.
Id-dati (snin) mogħtija wara kull Papa huma dawk aċċettati uffiċjalment mill-Vatikan fit-tqassim bis-snin tal-pontifikati. Fejn jidhru żewġ dati, dawn juru s-sena tal-ħatra u s-sena ta' tmiem il-ħatra, li kważi dejjem kienet bil-mewt. Fejn tidher sena waħda, turi li l-Papa nħatar u miet fl-istess sena.
L-ismijiet bil-Malti huma mislutin minn fuq dawk bit-Taljan kif jidhru fuq poster maħruġ f'Ruma fl-1965.
Il-bażi ta’ dan l-artiklu ttieħdet mir-Rivista "Sagħtar", Edizzjoni Speċjali bit-titolu "Merħba", li kienet ippuplikata fi żmien l-ewwel żjara ta' Ġwanni Pawli II f'Mejju tal-1992. L-awtur tal-artiklu hu JZC. L-artiklu ġie miżjud ukoll minn sorsi oħrajn l-aktar fejn jidħlu n-noti tal-istatistika.
Ftit Statistika
1. Pietru (-67), Qaddis
2. Lino(67-76), Qaddis
3. Anakleto (76-88), Qaddis
4. Klement (88-97), Qaddis
5. Evarist (97-105), Qaddis
6. Alessandru I (105-115), Qaddis
7. Sistu I(115-125), Qaddis
8. Telesforu (125-136), Qaddis
9. Iġinu (136-140), Qaddis
10. Piju I (140-155), Qaddis
11. Aniċetu (155-166), Qaddis
12. Soteru (166-175), Qaddis
13. Elewterju (175-189), Qaddis
14. Vittorju I (189-199), Qaddis
15. Żefrinu (199-217), Qaddis
16. Kallistu (217-222), Qaddis
17. Urbanu I (222-230), Qaddis
18. Ponzjanu (230-235), Qaddis
19. Anteru (235-236), Qaddis
20. Fabjanu (236-250), Qaddis
21. Kornelju (251-253), Qaddis
22. Luċju I (253-254), Qaddis
23. Stiefnu I (254-257), Qaddis
24. Sistu II (257-258), Qaddis
25. Dijonisju (259-268), Qaddis
26. Feliċ I (269-274), Qaddis
27. Ewtikjanu (275-283), Qaddis
28. Kajju (283-296), Qaddis
29. Marċellino (296-304), Qaddis
30. Marċell I (308-309), Qaddis
31. Ewsebju (309-310), Qaddis
32. Milzijade (311-314), Qaddis
33. Silvestru I (314-335), Qaddis
34. Marku (336), Qaddis
35. Ġulju (337-352), Qaddis
36. Liberju (352-366)
37. Damasu I (366-384), Qaddis
38. Siriċju I (384-399), Qaddis
39. Anastasju I (399-401), Qaddis
40. Innoċenz I (401-417), Qaddis
41. Żosimu (417-418), Qaddis
42. Bonifaċju I (418-422), Qaddis
43. Ċelestinu I (422-432), Qaddis
44. Sistu III (432-440), Qaddis
45. Ljuni I-Il-Kbir (440-461), Qaddis
46. Ilarju (461-468), Qaddis
47. Simliċju (468-483), Qaddis
48. Felic III (483-492), Qaddis - ma kienx hemm Feliċ II
49. Ġelasju I (492-496), Qaddis
50. Anastasju II (496-498)
51. Simmaku (498-514), Qaddis
52. Ormisda (514-523), Qaddis
53. Ġwanni I (523-526), Qaddis
54. Feliċ IV (526-530), Qaddis
55. Bonifaċju II (530-532)
56. Ġwanni II (533-535) - l-isem proprju ta' dan
il-Papa kien Merkurju, isem ta' alla pagan; kien
l-ewwel Papa li bidel ismu hekk kif sar Papa.
57. Agapitu I (535-536), Qaddis
58. Silverju (536-537), Qaddis
59. Viġilju (537-555)
60. Pelaġju I (556-561)
61. Ġwanni III (56l-574)
62. Benedittu I (575-579)
63. Pelaġju I (579-590)
64. Girgor I-Il-Kbir (590-604), Qaddis
65. Sabinjanu (604-606)
66. Bonifaċju III (607)
67. Bonifaċju IV (608-615), Qaddis
68. Adeodatu I (615-618), Qaddis
69. Bonifaċju V (619-625)
70. Onorju I (625-638)
71. Severinu (640)
72. Ġwanni IV (640-642)
73. Teodoru 1(642-649)
74. Martinu I (649-655), Qaddis
75. Ewġenju I (654-657), Qaddis
76. Vitaljanu (657-672), Qaddis
77. Adeodatu II (672-676)
78. Donu (676-678)
79. Agatone (678-681), Qaddis
80. Ljuni II (682-683), Qaddis
81. Benedittu II (684-685), Qaddis
82. Ġwanni V (685-686)
83. Kanone (686-687)
84. Serġju I (687-701), Qaddis
85. Ġwanni VI (70l-705)
86. Ġwanni VII (705-707)
87. Sisinnju (708)
88. Kostantinu (708-715)
89. Gregorju II (715-731), Qaddis
90. Gregorju III (73l-741), Qaddis
91. Żakkarija (741-752), Qaddis
92. Stiefnu II (752-757)
93. Pawlu I (757-767), Qaddis
94. Stiefnu III (768-772)
95. Adrijanu I (772-795)
96. Ljuni III (795-816), Qaddis
97. Stiefnu IV (816-817)
98. Baskal I (817-824), Qaddis
99. Ewġenju II (824-827)
100. Valentinu (827)
101. Gregorju IV (827-844)
102. Serġju II (844-847)
103. Ljuni IV (847-855), Qaddis
104. Benedittu III (855-858)
105. Nikola I-il-Kbir (858-867), Qaddis
106. Adrijanu II (867-872)
107. Ġwanni VIII (872-882)
108. Marinu I (882-884)
109. Adrijanu III (884-885), Qaddis
110. Stiefnu V (885-891)
111. Formosu (89l-896)
112. Bonifaċju VI (896)
113. Stiefnu VI (896-897)
114. Roman (897)
115. Teodoru II (897)
116. Ġwanni IX (898-900)
117. Benedittu IV (900-903)
118. Ljuni V (903)
119. Serġju III (904-911)
120. Anastasju III (911-913)
121. Landone (913-914)
122. Ġwanni X (914-928)
123. Ljuni VI (928)
124. Stiefnu VII (928-931)
125. Ġwanni XI (93l-935)
126. Ljuni VII (936-939)
127. Stiefnu VIII (939-942)
128. Marinu II (942-946)
129. Agapitu II (946-955)
130. Ġwanni XII (955-964)
131. Ljuni VIII (963-965)
132. Benedittu V (964-966)
133. Ġwanni XIII (965-972)
134. Benedittu VI (973-974)
135. Benedittu VII (974-983)
136. Ġwanni XIV (983-984)
137. Ġwanni XV (985-996)
138. Gregorju V (996-999) - fi żmien dan il-Papa kien
hemm antipapa, Ġwanni XVI li l-Knisja twarrbu
139. Silvestru II (999-1003)
140. Ġwanni XVII (1003)
141. Ġwanni XVIII (1004-1009)
142. Serġju IV (1009-1012)
143. Benedittu VIII (1012-lG24)
144. Ġwanni XIX (1024-1032)
145. Benedittu IX (1032-1044) - imneħħi fl-1044,
reġa' kien Papa, reġa' tneħħa fl-1045, reġa'
kien Papa minn Ottubru 1047 sa meta miet
fis-17 ta' Lulju, 1048.
146. Silvestru III (1045)
147. Gregorju VI (1045-1046)
148. Klement II (1046-1047)
149. Damasu II (1048)
150. Ljuni lX (1049-1054), Qaddis
151. Vittorju II (1055-1057)
152. Stiefnu IX (1057-1058)
153. Nikola II (1059-1061)
154. Alessandru II (106l-1073)
155. Gregorju VII (1073-1085), Qaddis
156. Vittorju III (1086-1087), Beatu
157. Urbanu II (1088-1099), Beatu
158. Baskal II (1099-1118)
159. Ġelasju II (1118-1119)
160. Kallistu II (1119-1124)
161. Onorju II (1124-1130)
162. Innoċenz II (1130-1143)
163. Ċelestinu II (1143-1144)
164. Luċju II (1144-1145)
165. Ewġenju III (1145-1153), Beatu
166. Anastasju IV (1153-1154)
167. Adrijanu IV (1154-1159)-l-unika papa Ingliż
168. Alessandru III (1159-1181)
169. Luċju III (118l-1185)
170. Urbanu III (1185-1187)
171. Gregorju VIII (1187)
172. Klement III (1187-1191)
173. Ċelestinu III (119l-1198)
174. Innoċenz III (1198-1216)
175. Onorju III (1216-1227)
176. Gregorju IX (1227-1241)
177. Ċelestinu IV (1241)
178. Innoċenz IV (1243-1254)
179. Alessandru IV (1254-1261)
180. Urbanu IV (1261-1264)
181. Klement IV (1265-1268)
182. Gregorju X (1271-1276), Beatu
183. Innoċenz V (1276), Beatu
184. Adrijanu V( 1276)
185. Ġwanni XXI(1276-1277) - ma kien hemm
qatt Ġwanni XX
186. Nikola III (1277-1280)
187. Martinu IV (128l-1285)
188. Onorju IV (1285-1287)
189. Nikola IV (1288-1292)
190. Ċelestinu V (1294), Qaddis - miet fid-
19 ta' Mejju tal-1296
191. Bonifaċju VIII (1294-1303) - Bonifaċju Vll kien
antipapa u l-Knisja ma tagħarfux
192. Beneditt XI (1303-1304), Beatu
193. Klement V (1305-1314)
194. Ġwanni XXII (1316-1334)
195. Benedittu XII (1334-1342)
196. Klement VI (1342-1352)
197. Innoċenz VI (1352-1362)
198. Urbanu V (1362-1370), Beatu
199. Gregorju XI (1370-1378)
200. Urbanu VI (1378-1389)
201. Bonifaċju IX (1389-1404)
202. Innoċenz VII (1404-1406)
203. Gregorju XII (1406-1415) - dan il-Papa kien
tneħħa; floku sar Papa Alessandru V li miet fi
żmien sena, u warajh sar Papa Ġwanni XXIII;
kemm kienu leġittmi dawn iż-żewġ Papiet ħuwa
dubjuż ħafna
204. Martinu V (1417-1431)
205. Ewġenju IV (1431-1447)
206. Nikola V (1447-1455)
207. Kallistu III (1455-1458)
208. Piju II (1458-1464)
209. Pawlu II (1464-1471)
210. Sistu IV (1471-1484)
211. Innoċenz VIII (1484-1492)
212. Alessandru VI (1492-1503)
213. Piju III (1503)
214. Ġulju II (1503-1513)
215. Ljuni X (1513-1521)
216. Adrijanu VI (1522-1523)
217. Klement VII (1523-1534)
218. Pawlu III (1534-1549)
219. Ġulju III (1550-1555)
220. Marċell II (1555)
221. Pawlu IV (1555-1559)
222. Piju IV (1559-1565)
223. Piju V (1566-1572)
224. Gregorju XIII (1572-1585)
225. Sistu V (1585-1590)
226. Urbanu VII (1590)
227. Gregorju XIV (1590-1591)
228. Innoċenz IX (1591)
229. Klement VIII (1592-1605)
230. Ljuni XI (1605)
231. Pawlu V (1605-1621)
232. Gregorju XV (1621-1623)
233. Urbanu VIII (1623-1644)
234. Innoċenz X (1644-1655)
235. Alessandru VII (1655-1667)
236. Klement IX (1667-1669)
237. Klement X (1670-1676)
238. Innoċenz XI (1676-1689), Beatu
239. Allesandru VII (1689-1691)
240. Innoċenz XII (1691-1700)
241. Klement XI (1700-1721)
242. Innoċenz XIII (1721-1724)
243. Benedittu XIII (1724-1730)
244. Klement XII (1730-1740)
245. Benedittu XIV (1740-1758)
246. Klement XIII (I758-1769)
247. Klement XIV (1769-1774)
248. Piju VI (1775-1799)
249. Piju VII (1800-1823)
250. Ljuni XII (1823-1829)
251. Piju VIII (1829-1830)
252. Gregorju XVI (1831-1846)
253. Piju IX (1846-1878)
254. Ljuni XIII (1878-1903)
255. Piju X (1903-1914), Qaddis
256. Benedittu XV (1914-1922).
257. Piju XI (1922-1939)
258. Piju XII (1939-1958), Venerabbli
259. Ġwanni XXIII (1958-1963), Beatu
260. Pawlu VI (1963-1978), Qaddej t’Alla
261. Ġwann Pawlu I (1978), Qaddej t’Alla
262. Ġwann Pawlu II (1978 - 2005), Venerabbli
263. Benedittu XVI (2005 -

L-aħħar tibdil sar
08 September 2010
Sit mibni minn
Noel Ciantar
© 2007, 2008, 2009

