Il-Kummenti Tagħkom

M’għand Josephine Cuschieri, 22/09/2009

I appreciate the update re Kappella tal-Lunzjata which is found between Rabat and Kercem in Gozo. It is my favourite spot in the Maltese islands. I have always been fascinated by the chapel and was curious to know its history and see how it looks from inside. I invariably visit the Lunzjata area whenever I am in Gozo. Today thanks to you I have learned so much about its origins and history, and I have now seen its inside too.

Have you ever thought of organising a visit every now and then to one of these jewels dotted around Malta and Gozo? I am sure they will prove popular.
God bless the lovely work you are doing

Lis-Sinjorina Cuschieri rrispondejniha u għidnilha li filwaqt li napprezzaw il-kummenti u l-entużjażmu tagħha, ma nistgħux norganizzaw visti għal dawn il-kappelli peress li dan hu xogħol ta’ gwidi professjonali u hija llegali li tagħmel dan ix-xogħol mingħajr il-liċenzja ta’ gwida. Iżda naturalment l-informazzjoni li qed nagħtu għandha tkun biżżejjed biex meta wieħed imur xi passiġġata u jżur dawn il-kappelli, jkun jaf x’qed dwarhom u jkun jista’ japprezza aktar dak li jkun qed jara.
 

M’għand Kan. Dun Ġwann Sultana, 05/09/2009
Rettur tal-Kappella ta’ San Anton Abbati fix-Xagħra Għawdex

Qed nikteb fil-kariga tiegħi ta' Rettur tal-kappella ta' San Anton Abbati, Xagħra. Ħadt pjaċir naqra l-artiklu li dan l-aħħar ġibtu fuq il-websajt Kappelli Maltin. B'dispjaċir ninnota li filwaqt li ppruvajtu tagħtu ritratt storiku tal-knisja fil-passat, totalment injorajtu l-istorja riċenti tal-kappella, liema storja tat spinta ferm 'il quddiem lill-kappella kemm f'dik li hi struttura u ħajja pastorali tal-kappella. Insemmi biss ftit eżempji li ħallejtu barra:

- ristrutturar komplet tal-knisja minn ġewwa biex issa ħadet id-dehra oriġinali li kellha
- monument lil San' Anton Abbati fi Pjazza San Anton
- statwa tas-Sagra familja
- sejba ta' graffiti marittimi

Tajjeb li qabel ma tippublikaw jew ixxandru xi ħaġa tinfurmaw lill-persuni responsabbli.

Lil Kanonku Dun Ġwann irringrazzjajnieh tal-kummenti kostruttivi tiegħu. Infurmajnieh li aħna kkonsultajna mal-webmaster tal-website tal-parroċċa tax-Xagħra qabel ma ppublikajna. Stedinnieħ ukoll biex jibgħatilna nformazzjoni dwar dak li hu jħoss li hu nieqes fil-kitba tagħna sabiex ninkluduh. Iżda s’issa sfortunatament għadna ma smajna xejn minn għandu. Meta l-kitba nkunu nistgħu naġġornawha bl-informazzjoni li jibgħatlina Dun Ġwann, ninfurmawkom.
 

M’għand Carmen B. Mamo, 31/08/2009

Nixtieq nifirħilkhom u ngħidilkhom prosit għas-site tagħkhom. Għadni kif sirt naf biha, pero ddiżappuntajt ruħi ghax il-kappella imħaffra fil-blat iddedikata lil Kunċizzjoni, li tinsab wara l-Għajn tal-Ħasselin fl-Imsida mhix ikkonoxxuta fil website tagħkom. Hija kappella nteressanti ħafna u nixtieq inkun naf iktar fuqha. Naf li teżisti għax jiena mill-Imsida u ffrekwentajtha ħafna meta kont noqgħod hemm. Nixtieqek iżżidha mal-kappelli l-oħrajn, jekk hu possibli. Nispera li nisma’ mingħandek . Nirringrazzjak bil-quddiem....

Aħna rrispondejna lil Ms. Mamo u għidnilha li għalkemm għandna kitba tajba fuq din il-kappella, għad m’għandniex ritratti tal-parti mħaffra fil-blat għax hi magħluqa b’kanċell u mhix aċċessibbli. Sfortunatament, għad m’għandiex kuntatti ma’ min jista’ jiftaħielna. Jekk xi ħadd jista’ jgħina f’dan ir-rigward, nitolbuh jiktbilna.

 

M’għand Patri Joe Mallia ofm kap, 24/08/2009

Nixtieq nifraħ minn qalbi lid-Diriġenti kollha ta' din il-website Kappelli Maltin għal servizz li wasslulna f'dawn l-aħħar sentejn. Nitlob lill-Mulej biex jissokta jbierek din il-ħidma tagħkom hekk siewja ħalli din il-website tibqa' żżid fis-snin u tissokta tagħtina dan it-taghrif kulturali wirt ġensna li hu tant għażiż għalina. Grazzi.
 

M’għand Josephine Cuschieri, 02/07/2009

Nirringrazzjakom ħafna tal-informazzjoni li tibgħatuli dwar l-attivitajiet tagħkom u dwar il-festi tax-xahar. L-informazzjoni dwar il-kappelli hija tassew interessanti, u b'dan is-sit tagħkom qegħdin timlew vojt li kien jeżisti dwar dawn il-ġojjelli li għandna mxerrdin madwar Malta u Għawdex. J'Alla tkomplu b'din il-ħidma tagħkom.
 

M’għand Manuel Cauchi, minn Ħal Luqa, 22/06/2009

Irċevejt link għall websajt tagħkom minn għand it-tifla, u ma tistax ma tgħidx prosit tal-paċenzja li tieħdu biex iżżommu din is-sajt daqs tant informattiv. Veru ħadt gost narah u naqra d-dettalji tagħkom. Prosit u nirringrazzjakom tal-informazzjoni.
 

M’għand Lino Spiteri, mill-Canada, 01/05/2009

Illum "skoprejt" il-website tagħkom...u ma ngħidlekx xi pjaċir ħadt! Jien ili nteressat f'dawn il-kappelli aktar minn 40 sena, u għandi sensiela ta' ritratti (bojod u suwed). Meta nsib ftit tal-ħin, niktiblek u nitolbok tgħini nsib l-isem ta' xi kappelli li għandi ritratti tagħhom u ma nafx x'jisimhom. [Aktar tard] Nixtieq ukoll nikkoreġi xi nformazzjoni dwar waħda mill-kappelli li magħha jiena kelli konnessjoni twila.

Għall-lum nixtieq nuri l-apprezzament tiegħi għax-xogħol li għamiltu, u nawgurawlkom aktar xogħol siewi!

 

M’għand Joan Cardona - Fleur-de-Lys,(26/04/2009)

Vera ħadt pjaċir nara w naqra l-istorja tal-kappelli ta' Malta w Għawdex. Nirringrazzja lil min jieħu ħsieb dawn l-affarijiet ta' storja u kultura ġewwa pajjizna, għaliex huma ta’ nteress kbir kif ukoll utili għall-istudju ta’ uliedna.
 

M’għand Laurence Zerafa miż-Żurrieq,(12/04/2009)

Kemm ħadt gost li permezz tal-paroċċa tiegħi sibt is-sit tagħkhom. Attraenti, interessanti u informattiva. Jiena nħobb nimxi madwar Malta u meta nasal post inkun nixtieq xi ftit jew wisq informazzjoni dwarhom. Permezz tagħkom issa għandi dak kollu li wieħed jista’ jkun jaf.

Forsi jekk jista’ jkun possibili iżżidu il-ħinijiet tal-ftuħ għalkemm naf li żgur hi biċċa xogħol kbira biex tibniha u aktar u aktar biex iżżommha aġġornata.

Nota Editorjali: Din l-informazzjoni digà teżisti fil-website tal-Arċidjoċesi ta’ Malta hawn: http://www.maltadiocese.org/parishes?l=1

 

M’għand Alfred Grech, mill-Mosta (01/02/2009)

Għadni kemm sibt il-website tagħkom u kuntent li sibtha għax il-veru fiha informazzjoni sabiħa u nteressanti speċjalment fuq il-kappelli li għandna f'pajjiżna u li kull waħda minnhom għandha storja x'tirrakonta. Il-mara tiegħi, li hija barranija, kull meta tara kappella tgħidli li trid tmur ħdejha biex teħdilha rittratt. Tħobb tfittex ukoll il-graffiti antiki li ħafna drabi naraw fuq il-ħitan tagħhom. Grazzi tal-kontribut tagħkom biex inżommu ħajja l-istorja ta' pajjiżna.
 

M’għand Ben Cordina from Australia, (07/01/09)

My name is Ben Cordina and I live in Australia. My brother in Malta told me about the Kappelli website. I would like to tell you how impressed I am with the quality and content of your website. Although I left Malta in 1967 I am still in love with my country of birth and I visit Malta on a regular basis. Each time I visit Malta I come back to Australia with some books about the Maltese history. By now I have quite a few books on Malta.
 

M’għand Paul Grima, (07/01/09)

Nirringrazzjakom u nixtieq nikkumplimentakom tax-xogħol dedikat, dettaljat, u interesanti tagħkom ilkoll. Dawn huma parti mill-kultura u wirt tagħna lkoll. Kont xi ftit iddiżappuntat għax ma hemm xejn fuq il-kappella ta‘ Santa Ubaldeska, Paola. Din ġiet mibnija fl-1629 mill-Ordni u ġiet estiża fl-1900. Dan ifisser li l-parti l-"ġdida" għandha ‘l fuq minn mitt sena.
 

M’għand Ramona minn Ħal Balzan, (06/01/09)

I just visited your site with great interest ... its amazing to see just how many chapels dot our little island...you've given me a good excuse to start venturing out to locate the chapels with info in hand... (Ramona staqsietna dwar il-Kappella tal-Aħrax tal-Mellieħa u bgħattnilha il-ftit informazzjoni li teżisti li għandna fuqha.)
 

M’għand Mary Rose Gatt, (06/01/09)

Sirt naf bil-website tagħkom permezz tal-aħbarijiet, mill-ewwel dehret interessanti u għalhekk mal-ewwel ċans li kelli dħalt inżurha. Prosit tassew kemm fiha informazzjoni li nispera li fil-futur qarib tkompli tiżdied. Punt importanti hu li l-website hi bil-Malti, xi ħaġa li aħna l-Maltin għandna nkunu kburin! Filwaqt li nixtieqlek il-kumplament tas-sena t-tajba nawguralek aktar ħidma u suċċess b'din il-website. 
 

M’għand Victor Pulis mill-Isla, (05/01/2009)

Nifirħilkom fuq is-sit meraviljuż li rnexxilkom twaqqfu. Inizjattiva bħal din ma tistax ma tħallix ġid kulturali u artistiku li għandna ħafna bżonnu f'Malta. Prosit mill-ġdid u awguri għall-futur. (Is-Sur Pulis bgħatilna wkoll ritratt minn anglu mhux tas-soltu tal-Knisja ta’ San Ġiljan fl-Isla li żidnieħ fil-paġna li tiddeskrivi din il-kappella. Ta’ dan nirringrazzjawh)
 

M’għand Joseph Vassallo, (05/01/2009)

Il-bieraħ, il-Ħadd 4 ta’ Jannar, 2009, waqt li kont qed insegwi l-aħbarijiet ta’ Malta fuq it-T.V. rajt l-aħbar tagħkom dwar il-Web Site fuq il-Kappelli Maltin. Nifirħilkom għall-programm u minn qalbi nawguralkom kull suċċess. Tassew programm ta’ ġid kemm għal kbar kif ukoll għall-istudenti.
 

M’għand Anthony Polidano ("Radju Xeb ber ras"), 05/01/2009

Qed nara u namira din l-famuza website, li fiha ħafna informazzjoni interestanti, li tajjeb tkun aktar maghrufa min hafna aktar nies. (Nota Editorjali: Is-Sur Polidano talabna permess biex juża xi materjal mis-sit tagħna. Il-permess tajnihulu iżda wkoll marbut ma’ ċerta kondizzjonijiet biex nipproteġu d-dritt tal-awturi ta’ materjal li ngħata lilna minn terzi persuni.)
 

M’għand Tony Bonello, 04/01/2009

Prosit. Sit veru riċerkat għall-informazzjoni li fih. Aktar ma jinbena, speċjalment it-tema prinċipali tas-sit il-Kappelli, aktar ikun ta' valur għal-futur għax sfortunatament la l-interess fiż-żgħar m'hemm biżżejjed u lanqas kuxjenza fil-kbar dwar dawn il-postijiet storiċi u ta' tradizzjoni kbira. Prosit mill-ġdid. (Is-Sur Bonello bgħatilna wkoll ritratt minn anglu mhux tas-soltu tal-Kappella ta’ Marija Maddalena f’Ħad-Dingli li żidnieħ fil-paġna li tiddeskrivi din il-kappella. Ta’ dan nirringrazzjawh)
 

M’għand Godwin Darmanin, 04/01/2009

Ħbieb, Kienet grazzja li dħalt fuq is-sit tagħkom bla ħsieb. Aktar minn xogħol kbir u siewi, intom qed tagħmlu kapulavur. Permezz ta' ħidma bħal din nistgħu aktar nifhmu l-ġmiel ta' dan il-wirt mifrux mal-gżejjer tagħna. Dan li qed tagħmlu se jkabbar l-interess fil-kappelli mħollija lilna ….. Kull min iżur dan is-sit tagħkom ikun qed jistrieħ fi ġnien seren ta' terapija mentali. Mela grazzi ta' din il-ħidma tagħkom għax diġà ħareġ ġid kbir minnha. Tassew prosit lilkom ilkoll. Għodduni tagħkom.
 

M'għand Peter Paul u Pauline Bonnici, nhar it-28 ta’ Lulju 2008

Your sterling work is definately to be encouraged. Both myself and my wife
support your endeavour to inform us of any updates.
 

M'għand Reno Saliba, nhar it-28 ta’ Lulju 2008

Prosit tassew, għandkom sit verament professjonali. Tajt daqqa t'għajn, pero' nassigurak li nużaha u nġiegħel studenti tiegħi jużawha. Ngħaddi dan is-sit lil ħbieb tiegħi ukoll.
 

M'għand Joe Degabriele mill-Mosta nhar l-20 ta’ Lulju 2008

Prosit tassew tal-website li għandkom. Hija verament informattiva u maħduma tajjeb ħafna. Meta wieħed jieqaf iħares, jaqra jew jisma' fuq xi kappella illi għandna mxerdin ma' pajjizna, wieħed għandu għax japprezza l-valur storiku, tradizzjonali u kultant, għax le, leġġendarju li jkun hemm marbut magħha. Il-kappelli tagħna huma wirt storiku ta' pajjiżna, u għaldaqstant għandna nibżgħu għalihom. Sfortunatament, għad baqa' numru mhux ħażin ta' kappelli u knejjes żgħar li jeħtieġu attenzioni immedjata. Il-knisja ta' Santa Marija taċ-Ċrejċa f'Ħal Qormi, jew il-knisja ta' Santa Margerita fis-Siġġiewi huma eżempju ċar ta' dan. Ħasra tassew, meta nafu illi aktar ma tikber il-ħsara, aktar ikun diffiċli sabiex titranġa mingħajr ma jagħti fl-għajn. …… Fil-waqt li nerġa' nagħtikom il-prosit, ma nafx kemm hu biżżejjed li nagħtu nformazzjoni fuq kappella, niktbu l-istorja tagħha, iżda mbagħad naraw illi din qiegħda fi stat tal-waħx. Hemm bżonn isir xi ħaġa sabiex insalvaw dan it-teżor illi għandna qed jintilef. …… L-għaqda Din L'Art Ħelwa tagħmel ħafna f'dan ir-rigward, pero ma nafx kemm hu biżżejjed. Grazzi ħafna taż-żmien li ħadtilkom.

Nota Editorjali: Kellna naqtgħu xi ftit mill-ittra twila li bagħtilna s-Sur Degabriele minħabba nuqqas ta' spazju. Dan huwa ndikat fejn hemm is-sensiela tal-puntini. Iżda naċċertawh li dak li qalina naqblu miegħu perfettament u dawk il-kappelli li ndikalna hu beħsiebna niktbu fuqhom meta jkollna informazzjoni adekwata bħalma għamilna b'oħrajn.
 

M'għand Ruth Vella nhar il-15 ta’ Lulju, 2008

Għeżież ħbieb, Ftit tal-ħin ilu kont fuq l-internet u xi ħdd qal li jixtieq ħafna jiġi Malta minħabba li sema' li hawn ħafna knejjes u kappelli. Jien naf li hawn ħafna knejjes u kappelli imma qatt ma fittixt dwarhom fl-internet! … U meta sibt is-sit tagħkom l-ewwel kelma li għidt kienet "Wow!!" ...u t-tieni : "x'biċċa xogħol tajba!!!" Is-sit kbir u naqra impossibbli tarah f'daqqa ...imma tant tidher interressanti li bil-mod il-mod beħsiebni naqraha biċċa sewwa minnha!!! (tagged as favourite). Filwaqt li nitlob li Alla jkompli jbierek lilkom u l-familji tagħkom ngħid ukoll THANK-YOU!
 

M'għand Emanuel (Manny) Bongailas mill-Awstralja,
nhar il-15 ta’ Ġunju, 2008

This is a very valuable web site full of good information. I love it as I always loved my heritage. And I want to say thank you, to all those dedicated volunteers to make it possible. We are far from you but not far in our hearts. God Bless you all
 

M'għand Anthonu Griscti, nhar it-8 ta’ Ġunju, 2008

Grazzi ta' e-mail message u l-informazzjoni li fija. Dan l-aħħar kelli xi problemi fil-komputer u ma' stajx inżomm kuntat u insegwi l-iżvilluppi. Sit interessanti u edukativ fuq l-wirt sabiħ li għadna. Grazzi u inslmilkom. Tony
 

M'għand Carmen Muscat, nhar il-11 ta’ Mejju, 2008

Jien Carmen Muscat u għandi 51. Inħobb ħafna l-istorja ta' Malta, speċjalment fejn jidħlu torrijiet u kappelli fil-kampanja tagħna. Nixtieq nirringrazzjakhom tal-website. Il-vera interessanti. Jien qiegħda leader ma' l-iscouts u għalhekk niltaqa' ma' ħafna kappelli fil-widien sbieħ tagħna meta mmur xi hike. Barra għat-tfal norganizza wkoll hikes għan-nisa darba f'xahar, u barra li nimxu minn post għall-ieħor flimkien dawn dejjem ikollhom xi ħaġa ta' kultura x'jitgħallmu. Jien il-gost tiegħi hu li nsib l-informazzjoni qabel biex ikollna fuq xiex nitkellmu għax nemmen li n-nisa għandhom jitgħalmu x'hemm madwarhom għax huma l-aktar point of reference għal uliedhom. Għandi nisa li għandhom 'il fuq minn 60 u dawn tant qed jieħdu gost jitgħalmu xi ħaġa li qatt ma kienu jafu qabel għax ikollhom fuq xiex jitkellmu man-neputijiet. Il-pajjiż tagħna ssib xi ħaġa f'kull rokna li tmur.
 

M'għand Vincent Attard mill-Kalkara, nhar is-17 ta’ Jannar 2008

Nifirħilkom tal-website li sibtha vera informattiva u interessanti. Jekk hu
possibli tistgħu tipubblikaw lista tal-kappelli li hawn madwar Malta?

Nota tad-Direzzjoni. Qed niġbru lista ta' kappelli li huma elenkati f'publikazzjonijiet ta' ħames awturi differenti. Dan jieħu l-ħin u għalhekk din il-lista għad fadlilha ftit biex tidher f'dan is-sit. Iżda naċċertaw lill-qarreja tagħna li dan hu proġett mibdi u għalhekk ser ikollu wkoll tmiemu.

Ara wkoll is-sezzjoni tal-Listi hawn

 

M'għand Thomas Pace, nhar is-8 ta' Jannar, 2008

Ħbieb, Nifirhilkom għas-sit informattiv tagħkom - enċiklopedija ċckejkna ta' tagħrif siewi. Ħaġa tajba li għamiltuh bil-Malti, u bl-użu tal-ittri Maltin. Prosit tal-glossarju. Nieħu pjaċir nara li hawn min jaħseb f'dawn l-għodod utli. Tislijiet.
 

M'għand Charles Garcia minn Ħal Tarxien nhar is-7 ta' Jannar, 2008

Prosit tal-website tant interessanti li kien hemm bzonnha ħafna. Mill-ftit li rajt tidher ferm iddettaljata kemm f'dak li hu storiku kif ukoll fid-dettal. Għalhekk j'Alla tkomplu tagħtuna aktar tagħrif fuq il-wirt li ħallewlna missierijietna. Grazzi ta' dan it-tagħrif.
 

M'għand Malcolm Schembri, minn Ħaż-Żabbar nhar il-25 ta’ Novembru 2007

Prosit ta’ din il-website: dettaljata u miżgħuda b’ritratti tassew sbieħ. Naħseb kienet tinħass il-ħtieġa li jkun hawn website ta’ din ix-xorta li tiġbor fiha informazzjoni utli għal kull min iħobb ir-riċerka u jħobb l-istorja ta’ pajjiżu. Jekk tkun tixtieq nista’ ngħaddilek informazzjoni fuq kappelli li jinstabu mxerrda f’Wied il-Għajn bir-ritratti magħhom.
 

M'għand Luca Borg, minn Birkirkara nhar it-12 t’Ottubru 2007

L-ewwel ħaġa prosit ħafna tal-programm “Mat-Tokki ta' Qniepen Żgħar”. Smajt l-ewwel programm u hu interessanti ħafna.

Xtaqt insaqsi għalfejn ir-repetizzjoni tal-programm tat-Tnejn (14/10/07) li għadda ma xxandritx. Xtaqt ħafna nisma’ l-intervista ma’ Kilin, għax naf min semagħha u qalli li kinet interassanti ħafna. Fuq il-website kif ukoll fuq l-iskeda ta' Radju Marija kien hemm miktub li r-repetizzjoni ser tixxandar l-Ħadd fis-2. Jien bqajt nisma’ sat-3 imma ma xxandar xejn.

Nota tad-Direzzjoni

Ir-ripetizjoni tal-programm tat-8 ta’ Ottubru li kellha tixxandar nhar il-Ħadd 14 t’Ottubru ma xxandritx minn Radju Marija bi żball u l-Istation Manager ta’ Radju Marija wegħdna li dan l-iżball mhux ser jerġa’ jsir. Intant, jekk trid tisma’ l-intervista ma’ Kilin tista’ tagħmel dan faċilment billi żżur il-paġna tal-programm u tikklikkja fuq l-ikona tal-intervista ma’ Kilin, li issa tinsab ukoll on-line.
Intervisti li xxandru s’issa fil-programm “Mat-Tokki ta' Qniepen Żgħar
.ICON_z_MIKE02

M'għand Fr. Ivan D. Aquilina mill-Ingilterra, nhar is-6 t’Ottubru 2007

Grazzi ferm tas-sit interessantissimu. Bla dubju il-kappelli Maltin huma gawhra prezzjuza u intom qed terġgħu tiġbdu l-attenzjoni lejhom. (Ara wkoll in-nota li bagħat Fr. Aquilina dwar San Ġużeppi Benedettu Labre, assoċjata mal-Knisja ta' San Ġakbu.)
 

Kumment mid-Direzzjoni ta’ dan is-sit

Skont rapport li deher fl-Orizzont tal-Ġimgħa 28 ta' Settembru, il-kappella mitluqa li hemm Baħar iċ-Ċagħaq hi dedikata lil San Pietru s-Sajjied, u l-Kapillan tal-Għargħur ħa jagħmel kull sforz possibbli biex din tiġi rrestawrata, u terġa' tingħata d-dehra kif kienet fil-passat. Min jaf, forsi l-mistoqsija li poġġiet waħda mill-viżitaturi ta' dan is-sit qajjem interess ġdid f'din il-kappella minsija u li forsi permezz t'hekk terġa tieħu postha fil-wirt tagħna ?
 

M'għand Josephine Bonello, nhar it-Tnejn, 1 t’Ottubru 2007

Għadni kif propju issa spiċċajt nisma' l-programm "Mat-Tokki tal-Qniepen Żgħar" u nista' ngħidlek li huwa programm il-veru sabiħ kemm f'dik li hija produzzjoni u wisq aktar informazzjoni. Naħseb li verament ilħaqtu l-għan tal-programm u perswaza li s-semmiegħa ħadu pjaċir b'din is-siegħa ta' tagħrif minn fuq Radju Marija. Jiena ergajt fakkart lin-nies biex jisimgħuh u ninsab żgura li dan għamluh. Prosit għal darb'oħra u nixtieqek tgħaddi l-awguri tiegħi lil kull minn ta sehemu.
 

M'għand Joe Fenech, minn Birkirkara, is-Sibt, 22 ta’ Settembru, 2007

Jiena dħalt fuq il-website interessantissima tagħkom u nixtieq nuri l-apprezzament tiegħi għall-biċċa xogħol sabieħa tagħkom. Interessanti, istruttiva u preżentata b’mod mill-aktar attraenti. Prosit! Il-Pass li jmiss, min jaf, Statwi tal-Ħagar free-standing fl-imsieraħ u t-toroq Maltin! Ikun proġett interessanti, impenjattiv u juri aspett ieħor artistiku tal-patrimonju Malti.
 

M'għand Rachel Agius, nhar it-Tnejn, 10 ta' Settembru, 2007.

KappellaBaharIcCaghaqNifirħilkom għas-sit li għandkom. Ma nafx tistgħux tgħinuni. Xtaqt ftit informazzjoni fuq kappella li hemm Baħar iċ-Ċagħaq eżattament ftit bogħod minn fejn hemm gabbana tal-ġelati. Din il-kappella tinsab mitluqa u abbandunata.

Tistghu tagħtuni xi nformazzjoni dwarha bħal lil min hi ddedikata u meta nbniet ? Nixtieq din l-informazzjoni minħabba project li qed nagħmel.

NOTA: Min għandu aktar informazzjoni fuqha u jixtieq jgħaddihielna jista' jiktbilna fuq webmaster@kappellimaltin.com .

Grazzi. Id-Direzzjoni.

M'għand Mario Spiteri Debono, mill-Imsida, nhar it-Tnejn, 10 ta' Settembru, 2007.

Ħbieb, prosit tassew għal din il-website fuq il-kappelli Maltin. Irrid ngħid prosit ukoll lil Anthony M. Brincat li qegħed jgħinkom fir-riċerka u jikteb ktieb fuq dan is-suġġett ukoll. Ħbieb, komplu iktbu għax qegħdin tagħmlu opra kbira li tkun ta’ ġid kbir għal hafna studenti għall-proġetti tagħhom u ġiħ lill-patrimonju Malti.
 

M'għand Joseph Chetcuti nhar is-Sibt, 8 ta' Settembru 2007

Għadni kif dħalt fil-Website u veru hija biċċa xogħol enormi u ħaqqkhom veru kull tifħir. Jien dawn l-affarijiet nissaħħar warajhom għax f'Malta u Għawdex verament għadna minjiera ta' Kappelli li ftit intuhom importanza. Jien per eżempju kont noqgħod il-Mosta qabel ma' ġejt noqgħod Ħaż-Żebbuġ u l-iktar żewġ Kappelli li jien kont narma fihom huma il-Kappella tal-Madonna tal-Isperanza u il-Kappella ta' San Silvestru Papa. Żewġ Kappeli li ma jonqoshom xejn għax armati minn kollox. Verament proset immens għall din l-inizjattiva u nittama li titkompla. Awguri.
 

M'għand Renato Zerafa, mill-Mosta, nhar is-Sibt, 1 ta' Settembru 2007

Prosit ħbieb. Nies professjonisti bħalkom li tul ġurnata twila ta' ħidma fejn tkunu qegħdin tagħtu servizz lill-pubbliku, imbagħad fil-ħin liberu tagħkom tagħtu servizz ieħor lis-socjeta' huma ftit. Kuraġġ f'ħidmitkom għax il-prodott huwa tajjeb u mistħoqq.
 

M'għand Anthony M. Brincat, nhar is-Sibt, l-1 ta' Settembru, 2007

Għażiż Joe, ħadt pjaċir ħafna nżur din il-website ġdida fuq il-kappelli Kaltin. Ili ħafna ninteressa ruħi fuq dan is-suġġett u bħalissa qed nikteb ktieb fuq is-suġġett. S'issa ktibt fuq xi 170 kappella jew knisja żgħira li hawn f'Malta. F'Malta biss hawn xi 262 minnhom. Ngħaddi ż-żmien indur u ninvista dawn il-kappelli u nieħu ritratti. Għandi kollezzjoni ta' madwar 400 ritratt. Ħadt pjaċir li hawn ħaddieħor li jinteressa ruħu f'dan il-patrimonju kbir li għandna.
 

M'għand Frans Cachia, minn Ħaż Żabbar, il-Ħamis, 16 ta' Awwissu, 2007.

Prosit ta’ veru tmur għal min hu wara din il-biċċa xogħol daqshekk interessanti w informattiva. Naprezza ħafna ix-xogħol ta’ dan il-ġeneru, li permezz tiegħu nkomplu niskopru u nintebħu bil-patrimonju wisq sinjur li ħallewlna missirijietna f’isem il-knisja. Dan it-tip ta’ xogħol jirrikjedi riċerka u dedikazzjoni kbira u milli nista’ nara fuq din il-website żgur li qed isseħħ. Nixtieqilkom kull suċċess għall-futur.
 

M'għand Leli Muscat, minn Birkirkara; it-Tnejn, 14 t’Awwissu 2007

Aw Ħbieb … Naħseb li se tkun site interessanti ħafna … Huwa dnub li bosta kappelli Maltin qegħdin jintesew … Awgurju, għax xogħol ġdid u bżonjuż li dħaltu għaliħ …
 

M'għand George Stagno Navarra, President - Ghaqda ex-Studenti Liceo. Is-Sibt, 11 t’Awwissu, 2007.

I am truly impressed with the quality and manner of presentation and would sincerely like to congratulate you and your team for an excellent job.
 
From the recent exchange of correspondence which you have had with The Association of Lyceum Past Students (A.L.P.S.), I could identify between the lines, much care and dedication over the project kappellimaltin.... Well done and keep up the good work.....and please include also the Pwales Chapel which falls under the care of A.L.P.S. 
 

M'għand Dr. Victoria Borg, mill-Awstralja, il-Ġimgħa, 10 t'Awwissu 2007

I got your email adress from the aboutmalta.com. I just visited your website and it's really informative. Well done!
 

M'għand Philip Borg, minn Ħ’Attard, It-Tnejn, 6 t’Awwissu 2007

Proset tassew tas-site interessanti u nformattiv. Jien jinteressawni hafna dawn il-kappelli speċċjalment dawk li jinsabu wehedhom fil-kampanja. Inhobb ukoll naqra fuq il-leġġendi Maltin u Għawdxin u għalhekk ħadt gost li ktibtu wkoll leġġenda li jkollha konnessjoni mal-kappella.
 

M'għand Carmelo Vella, mill-Mosta, Il-Ħamis, 26 ta' Lulju 2007.

Prosit tassew għal dan ix-xogħol li qed tagħmlu. Jiena nteressat ħafna dwar dan is-suġġet. Issa ilni ftit mhux ħażin indur u nieħu rittratti ta’ kappelli. Għall-ewwel l-iskop kien li nagħamilhom minjaturi bit-terracotta, li għadni qed nagħmel, iżda meta bdejt indur bdiet dieħla l-kurżita għal min huma ddedikati, meta nbnew u kurzitajiet oħra u għalhekk intfajt infittex u nara kemm hawn kappelli f'Malta,Għawdex u anke Kemmuna.
 

Min jixtieq jiktbilna, jista' jibgħatilna email fuq
 

L-aħħar tibdil sar
03 August 2010
 

Sit mibni minn
Noel Ciantar
© 2007, 2008, 2009

www.apsbank.com.mt

BannerNew
ilovebooks_logo-SMALLBANNER

Kompetizzjoni bi premju sponsorjata minn
www.ilovebooks.com.mt

pMyButton4
pMyButton4

 

L-Isponsor Ewlieni
għat-tieni sena

fuq facebook

facebook logo Extra Small