KappelliMaltinTitleBanner
Tal-Balal-ver01
New Logo - Kappelli Maltin - White SMALL

 

 

 Pittura - Jacqueline Agius

Jacqueline AgiusDan l-aħħar permezz tal-facebook rajt diversi pitturi mill-isbaħ ta’ pitturi ta’ kappelli. Meta rajt min kien l-artist/a li għamlithom sibt li kienet Jacqueline Agius. Għalhekk iddeċidejt li nintervistaha biex insiru nafu aktar lill-persuna wara dawn ix-xogħolijiet tal-arti marbuta mal-kappelli.

Jacqueline Agius trabbiet f'ambjent artistiku u n-namra għall-arti bdiet minn ċkunitaha.  Tgħallmet tpitter biż-żejt fl-iskola ta' St Joseph, fil-Blata l-Bajda. Wara attendiet diversi korsijiet fl-Iskola tal-Arti l-Belt Valletta. L-arti tagħha evolviet mal-medda taż-żmien. Iżda bil-preferenza għall-akkwarell kompliet tpitter il-bini u pajżaġġi li jiriflettu l-ħajja tagħha ta' dak iż-żmien. Mat-twelid taż-żewġt itfal tagħha l-arti waqfet. Kien biss ħafna snin wara li b'ħegga liema bħalha u bl-għajnuna ta' xi artisti oħrajn reġgħet skopriet il-ħajra li tesprimi l-ħsibijiet tagħha bl-arti. Matul dawn l-aħħar tlett snin esibbixxiet xogħolijet tagħha f'wirjiet ma' artisti oħrajn. Tellgħet l-ewwel wirja tagħha f'Diċembru 2009.

San Dimitri Chapel

Kappella ta’ San Dimitri. Għawdex

BlueScroll02
Fawwara
ST ANGELO, ZEJTUN, Jacqueline Agius, 31cm x 39 cm

Il-kappella tal-Fawwara

Il-kappella ta’ Sant’Anġlu, Żejtun

Ta' Loretu, Gudja, 2010
Steeped in History, Verdala Palace

Il-kappella Ta’ Loretu, Gudja

Steeped in History, Verdala Palace

X'inhuma s-suġġetti li tħobb tpitter?

Fix-xogħol tiegħi infittex is-semplicitÓ, l-armonija u l-ġmiel. Jispirani dak kollu li nara u nħoss bħalma hu l-pajsaġġ miftuħ, il-bini li jiddomina x-xefaq u l-baħar blu illellex fix-xemx. Infittex id-dawl li jgħammex, l-ilwien u l-kuntrasti li joħolqu d-dellijiet, il-forom u l-kuluri vibranti. Ix-xogħol tiegħi jiċċelebra l-isbuħija ta' madwarna kemm jekk dawn huma kappelli żgħar, toroq fl-ibliet, pajżaġġi u postijiet oħrajn f'Malta u f'Għawdex.

Kif iddeċidejt li tpitter il-kappelli?

Hawn ħafna kappelli mxerdin ma' Malta u Għawdex. Fix-xogħol tiegħi infittex is-sbuħija u s-sempliċitÓ. Barra minn hekk jien noħroġ inpinġi barra u ma' kappelli niltaqa' mhux ħażin. Huwa mportanti għalija li kull kwadru jirrakkonta storja u milli jidher kull kappella għandha storja.
 

GIRGENTI CHAPEL, Jacqueline Agius, watercolour, 33 cm x 26 cm

Ta' Liesse, Valletta

Ta' Bellieha, Lija

Il-kappella tal-Girgenti

Il-kappella ta’ Liesse, Valletta

Il-kappella tal-Belliegħa

X'jolqtok fil-kappelli?

Huma postijiet li jeċitaw, jinterressaw u jappellaw. Insomma, m'hemmx waħda bħal oħra. Minn żminijiet preistoriċi s-sentiment reliġjuż ħalla wirjiet tal-fidi tiegħu f'postijiet ta' qima. Tolqotni l-istorja mibnija mal-kappelli speċjalment jekk titratta fuq xi leġġenda ħelwa jew romantika.

Il-futur tiegħek fit-tpinġija?

L-arti issa saret parti min ħajti. Is-sbuħija fin-natura teżaltani u nkompli nagħmel ħilti kollha biex nesprimiha fl-espressjoni tiegħi.

Min jixtieq jara xi xogħol ta' Jacqueline Agius jista' jżur is-sit elettroniku tagħha http://jacquiagius.wix.com/jacqueline-agius-official-site

Intervista: Roderick Busuttil
Pittura/Ritratti: Jacqueline Agius
 

TAD-DULURI, ZEBBUG, Jacqueline Agius, 30 cm x 40 cm

Where Sky meets Sea, watercolour, 30 cm x 50 cm - 2011

Il-kappella tad-Duluri, Ħaż-Żebbuġ

Where Sky meets Sea

 

St Anthony's Chapel, Verdala Palace 58 cm x 51 cm

Il-Kappella ta’ Sant’Antnin, fil-Palazz tal-Verdala

webmaster@kappellimaltin.com   [Iktbilna jekk issib links miksurin]                                                                             Noel Ciantar © 2012-2017