Min kien il-Papa waqt l-Assedju l-Kbir ? Min kien l-Inkwiżitur f’Malta fi żmien l-Isqof Giovanni Balaguer Camarasa ? U liema kien dak l-Isqof li l-aktar għamel żjajjar Pastorali ?
Meta wieħed ikun qed jirriċerka, mistoqsijiet bħal dawn li jorbtu persunaġġi, epoki jew ħatriet differenti flimkien jinqalgħu ta’ spiss u għalhekk ħsibna li jkun tajjeb li niġbru l-listi ta’ persunaġġi li ta’ spiss niltaqgħu magħom f’dan is sit f’post wieħed. Il-listi jeżistu iżda ħafna drabi jew ikunu mhux sħaħ, bħal ngħidu aħna il-lista tal-Gran Mastri li ħakmu Malta vs il-lista tal-Gran Mastri kollha tal-Ordni ta’ San Ġwann jew inkella mhux daqsekk faċli issibhom, bħalma hi l-lista tal-Inkwiżituri li ġew f’Malta.
Ma’ dawn il-listi, żidna wkoll ftit informazzjoni dwarhom sabiex nagħtu ftit storja u sfond għall-listi nfushom. Nittamaw li ssibuhom utli.
|