KappelliMaltinTitleBanner
Tal-Balal-ver01
New Logo - Kappelli Maltin - White SMALL

 

 

Papiet tal-Knisja Kattolika

L-ewwel mexxej tal-Knisja kien Pietru, mill-Galilea, fil-Palestina, maħtur minn Sidna Ġesù Kristu stess bil-kliem "Inti Pietru, u fuq din il-blata, jiena nibni l-Knisja tiegħi". Pietru ngħata s-setgħa li jgħaddi din l-istess awtorità lil min jingħażel warajh.

Il-Lista tal-Papiet turi lista kronoloġika ta’ dawk li ngħataw it-titlu ta’ “Papa” jew “Isqof ta’ Ruma” mill-Knisja Kattolika. Il-Papa huwa wkoll l-Isqof ta’ Ruma. M’hemmx lista “uffiċjali” ta’ min kien Papa, iżda l-Vatikan jippubblika l-Annuario Pontificio (speċi direttorju tal-Knisja Kattolika) li jkun fiħ ukoll lista ta’ Papiet li ġeneralment hija meqjusa li hija l-aktar waħda awtorevoli.

Il-kelma “Papa”, li bil-Latin tfisser “missier”, tintuża minn għadd ta’ Knejjes, bħalma huma, per eżempju, il-Kopti. Iżda normalment tintuża biex tindika il-kap tal-Knisja Kattolika. Il-Papa juża t-titlu uffiċjali ta’ Pontifex Maximus, it-titlu li kien juża l-għola saċerdot fi żmien Ruma tal-qedem.

Il-Lista

Il-lista li qed nuru hija dik tal-Annuario Pontificio tal-Vatikan, billi fl-istorja nsibu ismijiet oħra ta' nies li b' xi mod jew ieħor ħadu f'idejhom l-awtorità u l-isem ta' Papa. Uħud minn dawn sa spiċċaw anti-papiet, jiġifieri papa kontra l-Papa ġenwin. Il-Knisja dawn ma tagħrafhomx u m'humiex magħduda fil-lista aċċettata mill-Vatikan.

Hu maħsub li l-ewwel wieħed li elenka lista tal-Papiet sa żmienu kien kien Hermannus Contractus. Il-lista tiegħu tispiċċa fl-1049, bil-Papa Ljuni IX, li taħ in-numru 154. Fis-Seklu Għoxrin saru għadd ta’ bidliet. L-antipapa Kristoforu kien ikkunsidrat bħala leġittimu għal żmien twil. Il-Papa-elett Stiefnu, li dam biss ġurnata, kien jitqies ukoll bħala leġittimu u kellu l-isem ta’ Stiefnu II. Dan baqa’ jgħodd sal-1961 meta ismu tneħħa u llum ġieli jiġi nkluż bħala “l-Ewwel Papa Stiefnu II” sabiex jiddistingwuh minn Papa Stiefnu II li hu elenkat fil-lista llum.

Fis-sena 2001 il-Knisja Kattolika għamlet studju bir-reqqa u saru madwar 200 bidliet fil-bijografiji tal-Papiet.

Għalkemm il-lista li qegħdin nagħtu hawn fiha 263 Papa, fid-dati tal-pontifikati diversi jinsabu 265 taqsima għar-raġuni li l-Papa Benedittu IX tneħħa darba u darb’oħra bejgħ il-Papat qabel ma reġa’ bdielu. Għalhekk jidher fil-lista tliet darbiet - meqjusa bħala tliet pontifkati leġittimi. In-numru 263 huwa tajjeb għal mal-Papiet differenti aċċettati mill-Vatikan.  Il-Papa Benedittu XVI irreżenja nhar it28 ta’ Frar tal-2013.  Minn dik id-data beda jissejjaħ “Papa Emeritu”.

Is-snin li juru l-bidu u t-tmiem tal-pontifikat tal-Papiet ta' qabel il-Papa Elewterju (li miet fil-189) huma approssimattivi u jistgħu jvarjaw b' sena jew tnejn. Il-ġranet u x-xhur ta' meta nħatru l-papiet sa nofs is-seklu XI huma wkoll approssimattivi u għalhekk fil-lista m'aħniex nagħtu la dawn u anqas id-dati preċiżi tal-Papiet ta' wara.

Id-dati (snin) mogħtija wara kull Papa huma dawk aċċettati uffiċjalment mill-Vatikan fit-tqassim bis-snin tal-pontifikati. Fejn jidhru żewġ dati, dawn juru s-sena tal-ħatra u s-sena ta' tmiem il-ħatra, li kważi dejjem kienet bil-mewt. Fejn tidher sena waħda, turi li l-Papa nħatar u miet fl-istess sena.

L-ismijiet bil-Malti huma mislutin minn fuq dawk bit-Taljan kif jidhru fuq poster maħruġ f'Ruma fl-1965.

Il-bażi ta’ dan l-artiklu ttieħdet mir-Rivista "Sagħtar", Edizzjoni Speċjali bit-titolu "Merħba", li kienet ippuplikata fi żmien l-ewwel żjara ta' Ġwanni Pawli II f'Mejju tal-1992. L-awtur tal-artiklu hu JZC. L-artiklu ġie miżjud ukoll minn sorsi oħrajn l-aktar fejn jidħlu n-noti tal-istatistika.

 

pastorali1kf
Flag_of_the_Vatican_City_Wikimedia
Coat_of_arms_of_the_Vatican

“L-iktar isem komuni li nsibu fil-lista huwa ta’ Ġwanni, li jidher 22 darba. Għalkemm jidher Ġwanni XXIII, Ġwanni XX qatt ma deher. Ismijiet komuni oħrajn huma Girgor (16-il darba), u Benedittu (15-il darba – Ma kienx hemm Benedittu X). 43 isem jidhru darba biss.”

Noti u ftit Statistika

  • L-iqsar pontifikat kien dak ta' Urbanu VII (13-il jum – miet qabel ma ġie kkonsagrat). Warajh insibu lil Bonifaċju VI li dam biss 10 ijiem. Imbagħad hemm Ċelestinu IV (17-iljum jum – miet qabel ma ġie kkonsagrat), Teodoru II (20 ġurnata) u Sisinnju (21 jum) u Marċellu II (22 jum) Damasus II (24 ġurnata), Piju III (27 ġurnata), Leo XI (27 ġurnata), Benedettu V (33 ġurnata) u aktar qribna, Ġwanni Pawlu I li dam Papa biss 34 jum bħala Papa qabel ma’ miet.
  • L-itwal pontifikat kien dak ta' San Pietru, li hu maħsub li kien ta' 37 sena. Warajh insibu ta' Piju IX (kważi 32 sena), Ljuni XIII (25 sena), Ġwanni Pawlu II (25 sena), Piju VI (24 sena), Piju VII (23 sena), Adrijan I (23 sena), Alessandru III (kważi 22 sena), Silvestru I (kważi 22 sena), Ljuni I (21 sena) u Urbanu VIII (Kważi 21 sena).
  • Papiet li rriżenjaw kien hemm tlieta, Ċelestinu V fl-1294 u Gregorju XII fl-1415 u Benedittu XVI fl-2013.  Benedittu XVI għażel li jibqa’ jissejjaħ bħala “Papa Emeritu”.
  • Papiet li tneħħew minn posthom kienu Klement I fis-sena 97, Ponzjanu (235), Silverju (537), Martinu (653), Ġwanni XII (964) u Benedittu IX (1044, 1045 u 1048).
  • Papiet li ġew assassinati (inqattlu mhux b’martirju) kien hemm 7. Dawn kienu Stiefnu VI (896–897), Stiefnu VII/(IX) (939–942), Ġwanni XII (955–964), Benedittu VI (973–974), Ġwanni XIV (983–984), Girgor V (996–999), Bonifaċju VIII (1294–1303).
  • In-numru ta' papiet skont in-nazzjonalità tagħhom huwa hekk: Taljani - 202; Franċiżi - 19; Griegi - 14; Sirjani - 8; Ġermanizi - 6; Afrikani - 3; Spanjoli - 3; Dalmazjani - 2; u wieħed Awstrijak; Portugiż; Palestinjan (San Pietru); Ingliż, Olandiż, Pollakk u mill-Arġentina. L-ikbar numru kien ta’ Papiet Taljani – mhux ħaġa kbira meta wieħed iqis li, fost snin oħrajn, għal kważi 455 sena bejn l-1523 u l-1978 dejjem kien hemm Papa Taljan.
  • Fost il-papiet li nqabżu minn papiet li ġew wara nsibu lil Feliċ II (antipapa, 355 - 365), Bonifaċju VII (antipapa. 974 - 985), Ġwanni XVI (antipapa, 997 - 998), Benedittu X (antipapa, 1056 - 1059), Alessandru V (antipapa, 1409 - 1410) u Ġwanni XX li qatt ma eżista.
  • Ġwanni II (533 - 535) kien l-ewwel Papa li bidel ismu hekk kif sar Papa. Dan għamlu billi l-isem proprju tiegħu kien Merkurju, isem ta' alla pagan. Mill-banda l-oħra, il-Papa Marċell II (1555) kien l-aħħar Papa li żamm l-isem li tawħ meta Għammduħ.
  • Il-Papa Ġwanni Pawlu I kien l-ewwel Papa li uża żewġ ismijiet (tal-preċedessuri tiegħu) f’ismu. Kien l-ewwel wieħed ukoll li uża n-numru “I” (“l-ewwel”) fl-isem uffiċjali tiegħu anke waqt il-Pontifikat tiegħu stess.
  • It-titlu ta’ “Qaddej tal-Qaddejja t’Alla” beda jinagħta lill-Papa minn żmien il-Papa Marċellino (296-304). Titlu ieħor li ġieli jintuża meta nirreferu għall-Papa huwa “il-Vigarju ta’ Kristu”. Il-kelma “Vigarju” tfisser “Rappreżentant”.
  • Il-lista uffiċjali ta’ titoli li jinagħataw lill-Papa, bl-ordi li nsibuha fl-Annuario Pontificio turi dawn it-titli: Isqof  ta’ Ruma, Vigarju ta’ Ġesù Kritu, Suċċessur tal-Prinċep tal-Appostli, Pontifex Maximus jew Summus Pontifex tal-Knisja Universali, Il-Primat tal-Italja, Arċisqof  u Metropolitan tal-Provonċja Rumana,Sovran tal-Istat tal-Belt tal-Vatikan u Qaddej tal-Qaddejja t’Alla.  Meta jiġi ndirizzat jew issir referenza għalih, jintużaw it-titli Qdusija Tiegħu jew Beatissimo Padre.
  • Il-Papa jikteb l-ittri “P.P.” meta jiffirma. Dawn iffissru “Papa Pontifex”. Il-kelma “Pontifex” ġejja mill-kliem Latin “pons” li tfisster “pont” u “facere”, li tfisser “tagħmel”. Għalhekk it-titlu “Papa Pontifex” tisser “Missier li jibni pont (bejn Alla u l-bniedem)”.
  • Kien hemm 81 Papiet li saru Qaddisin filwaqt li 7 oħrajn kienu ddikjarati Beati.
  • Għalkemm ma jidhrux f’din il-lista, kien hemm ukoll 38 antipapa.
  • L-ixjeħ Papa li ġie elett kien Adrijanu I (772 A.D.) li sar Papa ta’ 80 sena. L-iżgħar Papa li ġie elett kien il-Papa Benedittu IX (dak li ismu jidher 3 darbiet). Xi sorsi jgħidu li ġie elett Papa ta’ 12-il sena jew 16-il sena fl-1032 iżda huwa aktar probabbli li dan ġie elett ta’ 20 sena. Il-Papa Ġwanni XII (955-964) laħaq Papa ta’ 18-il sena.
  • L-iktar isem komuni li nsibu fil-lista huwa ta’ Ġwanni, li jidher 22 darba. Għalkemm jidher Ġwanni XXIII, Ġwanni XX qatt ma deher. Ismijiet komuni oħrajn huma Girgor (16-il darba), u Benedittu (15-il darba – Ma kienx hemm Benedittu X). 43 isem jidhru darba biss.
  • Il-Papa presenti, Franġisku, hu l-ewwel Papa mill-Amerika Latina (mill-Arġentina).
     
Vatican_2_Council_img

1.     Pietru (-67), Qaddis
2.     Lino(67-76), Qaddis
3.     Anakleto (76-88), Qaddis
4.     Klement (88-97), Qaddis
5.     Evarist (97-105), Qaddis
6.     Alessandru I (105-115), Qaddis
7.     Sistu I(115-125), Qaddis
8.     Telesforu (125-136), Qaddis
9.     Iġinu (136-140), Qaddis
10.   Piju I (140-155), Qaddis
11.   Aniċetu (155-166), Qaddis
12.   Soteru (166-175), Qaddis
13.   Elewterju (175-189), Qaddis
14.   Vittorju I (189-199), Qaddis
15.   Żefrinu (199-217), Qaddis
16.   Kallistu (217-222), Qaddis
17.   Urbanu I (222-230), Qaddis
18.   Ponzjanu (230-235), Qaddis
19.   Anteru (235-236), Qaddis
20.   Fabjanu (236-250), Qaddis
21.   Kornelju (251-253), Qaddis
22.   Luċju I (253-254), Qaddis
23.   Stiefnu I (254-257), Qaddis
24.   Sistu II (257-258), Qaddis
25.   Dijonisju (259-268), Qaddis
26.   Feliċ I (269-274), Qaddis
27.   Ewtikjanu (275-283), Qaddis
28.   Kajju (283-296), Qaddis
29.   Marċellino (296-304), Qaddis
30.   Marċell I (308-309), Qaddis
31.   Ewsebju (309-310), Qaddis
32.   Milzijade (311-314), Qaddis
33.   Silvestru I (314-335), Qaddis
34.   Marku (336), Qaddis
35.   Ġulju (337-352), Qaddis
36.   Liberju (352-366)
37.   Damasu I (366-384), Qaddis
38.   Siriċju I (384-399), Qaddis
39.   Anastasju I (399-401), Qaddis
40.   Innoċenz I (401-417), Qaddis
41.   Żosimu (417-418), Qaddis
42.   Bonifaċju I (418-422), Qaddis
43.   Ċelestinu I (422-432), Qaddis
44.   Sistu III (432-440), Qaddis
45.   Ljuni I-Il-Kbir (440-461), Qaddis
46.   Ilarju (461-468), Qaddis
47.   Simliċju (468-483), Qaddis
48.   Felic III (483-492), Qaddis - ma kienx hemm Feliċ II
49.   Ġelasju I (492-496), Qaddis
50.   Anastasju II (496-498)
51.   Simmaku (498-514), Qaddis
52.   Ormisda (514-523), Qaddis
53.   Ġwanni I (523-526), Qaddis
54.   Feliċ IV (526-530), Qaddis
55.   Bonifaċju II (530-532)
56.   Ġwanni II (533-535) - l-isem proprju ta' dan il-Papa kien
        Merkurju, isem ta' alla pagan; kien l-ewwel Papa li bidel ismu
        hekk kif sar Papa.
57.   Agapitu I (535-536), Qaddis
58.   Silverju (536-537), Qaddis
59.   Viġilju (537-555)
60.   Pelaġju I (556-561)
61.   Ġwanni III (56l-574)
62.   Benedittu I (575-579)
63.   Pelaġju I (579-590)
64.   Girgor I-Il-Kbir (590-604), Qaddis
65.   Sabinjanu (604-606)
66.   Bonifaċju III (607)
67.   Bonifaċju IV (608-615), Qaddis
68.   Adeodatu I (615-618), Qaddis
69.   Bonifaċju V (619-625)
70.   Onorju I (625-638)
71.   Severinu (640)
72.   Ġwanni IV (640-642)
73.   Teodoru 1(642-649)
74.   Martinu I (649-655), Qaddis
75.   Ewġenju I (654-657), Qaddis
76.   Vitaljanu (657-672), Qaddis
77.   Adeodatu II (672-676)
78.   Donu (676-678)
79.   Agatone (678-681), Qaddis
80.   Ljuni II (682-683), Qaddis
81.   Benedittu II (684-685), Qaddis
82.   Ġwanni V (685-686)
83.   Kanone (686-687)
84.   Serġju I (687-701), Qaddis
85.   Ġwanni VI (70l-705)
86.   Ġwanni VII (705-707)
87.   Sisinnju (708)
88.   Kostantinu (708-715)
89.   Gregorju II (715-731), Qaddis
90.   Gregorju III (73l-741), Qaddis
91.   Żakkarija (741-752), Qaddis
92.   Stiefnu II (752-757)
93.   Pawlu I (757-767), Qaddis
94.   Stiefnu III (768-772)
95.   Adrijanu I (772-795)
96.   Ljuni III (795-816), Qaddis
97.   Stiefnu IV (816-817)
98.   Baskal I (817-824), Qaddis
99.   Ewġenju II (824-827)
100. Valentinu (827)
101. Gregorju IV (827-844)
102. Serġju II (844-847)
103. Ljuni IV (847-855), Qaddis
104. Benedittu III (855-858)
105. Nikola I-il-Kbir (858-867), Qaddis
106. Adrijanu II (867-872)
107. Ġwanni VIII (872-882)
108. Marinu I (882-884)
109. Adrijanu III (884-885), Qaddis
110. Stiefnu V (885-891)
111. Formosu (89l-896)
112. Bonifaċju VI (896)
113. Stiefnu VI (896-897)
114. Roman (897)
115. Teodoru II (897)
116. Ġwanni IX (898-900)
117. Benedittu IV (900-903)
118. Ljuni V (903)
119. Serġju III (904-911)
120. Anastasju III (911-913)
121. Landone (913-914)
122. Ġwanni X (914-928)
123. Ljuni VI (928)
124. Stiefnu VII (928-931)
125. Ġwanni XI (93l-935)
126. Ljuni VII (936-939)
127. Stiefnu VIII (939-942)
128. Marinu II (942-946)
129. Agapitu II (946-955)
130. Ġwanni XII (955-964)
131. Ljuni VIII (963-965)
132. Benedittu V (964-966)
133. Ġwanni XIII (965-972)
134. Benedittu VI (973-974)
135. Benedittu VII (974-983)
136. Ġwanni XIV (983-984)
137. Ġwanni XV (985-996)
138. Gregorju V (996-999) - fi żmien dan il-Papa kien hemm
        antipapa, Ġwanni XVI li l-Knisja twarrbu
139. Silvestru II (999-1003)
140. Ġwanni XVII (1003)
141. Ġwanni XVIII (1004-1009)
142. Serġju IV (1009-1012)
143. Benedittu VIII (1012-lG24)
144. Ġwanni XIX (1024-1032)
145. Benedittu IX (1032-1044) - imneħħi fl-1044, reġa' kien Papa,
         reġa' tneħħa fl-1045, reġa' kien Papa minn Ottubru 1047
         sa meta miet fis-17 ta' Lulju, 1048.
146. Silvestru III (1045)
147. Gregorju VI (1045-1046)
148. Klement II (1046-1047)
149. Damasu II (1048)
150. Ljuni lX (1049-1054), Qaddis
151. Vittorju II (1055-1057)
152. Stiefnu IX (1057-1058)
153. Nikola II (1059-1061)
154. Alessandru II (106l-1073)
155. Gregorju VII (1073-1085), Qaddis
156. Vittorju III (1086-1087), Beatu
157. Urbanu II (1088-1099), Beatu
158. Baskal II (1099-1118)
159. Ġelasju II (1118-1119)
160. Kallistu II (1119-1124)
161. Onorju II (1124-1130)
162. Innoċenz II (1130-1143)
163. Ċelestinu II (1143-1144)
164. Luċju II (1144-1145)
165. Ewġenju III (1145-1153), Beatu
166. Anastasju IV (1153-1154)
167. Adrijanu IV (1154-1159)-l-unika papa Ingliż
168. Alessandru III (1159-1181)
169. Luċju III (118l-1185)
170. Urbanu III (1185-1187)
171. Gregorju VIII (1187)
172. Klement III (1187-1191)
173. Ċelestinu III (119l-1198)
174. Innoċenz III (1198-1216)
175. Onorju III (1216-1227)
176. Gregorju IX (1227-1241)
177. Ċelestinu IV (1241)
178. Innoċenz IV (1243-1254)
179. Alessandru IV (1254-1261)
180. Urbanu IV (1261-1264)
181. Klement IV (1265-1268)
182. Gregorju X (1271-1276), Beatu
183. Innoċenz V (1276), Beatu
184. Adrijanu V( 1276)
185. Ġwanni XXI(1276-1277) - ma kien hemm qatt Ġwanni XX
186. Nikola III (1277-1280)
187. Martinu IV (128l-1285)
188. Onorju IV (1285-1287)
189. Nikola IV (1288-1292)
190. Ċelestinu V (1294), Qaddis - miet fid-
19 ta' Mejju tal-1296
191. Bonifaċju VIII (1294-1303) - Bonifaċju Vll kien antipapa u
        l-Knisja ma tagħarfux
192. Beneditt XI (1303-1304), Beatu
193. Klement V (1305-1314)
194. Ġwanni XXII (1316-1334)
195. Benedittu XII (1334-1342)
196. Klement VI (1342-1352)
197. Innoċenz VI (1352-1362)
198. Urbanu V (1362-1370), Beatu
199. Gregorju XI (1370-1378)
200. Urbanu VI (1378-1389)
201. Bonifaċju IX (1389-1404)
202. Innoċenz VII (1404-1406)
203. Gregorju XII (1406-1415) - dan il-Papa kien tneħħa; floku sar
        Papa Alessandru V li miet fi żmien sena, u warajh sar Papa
        Ġwanni XXIII; kemm kienu leġittmi dawn iż-żewġ Papiet ħuwa
        dubjuż ħafna
204. Martinu V (1417-1431)
205. Ewġenju IV (1431-1447)
206. Nikola V (1447-1455)
207. Kallistu III (1455-1458)
208. Piju II (1458-1464)
209. Pawlu II (1464-1471)
210. Sistu IV (1471-1484)
211. Innoċenz VIII (1484-1492)
212. Alessandru VI (1492-1503)
213. Piju III (1503)
214. Ġulju II (1503-1513)
215. Ljuni X (1513-1521)
216. Adrijanu VI (1522-1523)
217. Klement VII (1523-1534)
218. Pawlu III (1534-1549)
219. Ġulju III (1550-1555)
220. Marċell II (1555)
221. Pawlu IV (1555-1559)
222. Piju IV (1559-1565)
223. Piju V (1566-1572)
224. Gregorju XIII (1572-1585)
225. Sistu V (1585-1590)
226. Urbanu VII (1590)
227. Gregorju XIV (1590-1591)
228. Innoċenz IX (1591)
229. Klement VIII (1592-1605)
230. Ljuni XI (1605)
231. Pawlu V (1605-1621)
232. Gregorju XV (1621-1623)
233. Urbanu VIII (1623-1644)
234. Innoċenz X (1644-1655)
235. Alessandru VII (1655-1667)
236. Klement IX (1667-1669)
237. Klement X (1670-1676)
238. Innoċenz XI (1676-1689), Beatu
239. Allesandru VII (1689-1691)
240. Innoċenz XII (1691-1700)
241. Klement XI (1700-1721)
242. Innoċenz XIII (1721-1724)
243. Benedittu XIII (1724-1730)
244. Klement XII (1730-1740)
245. Benedittu XIV (1740-1758)
246. Klement XIII (I758-1769)
247. Klement XIV (1769-1774)
248. Piju VI (1775-1799)
249. Piju VII (1800-1823)
250. Ljuni XII (1823-1829)
251. Piju VIII (1829-1830)
252. Gregorju XVI (1831-1846)
253. Piju IX (1846-1878)
254. Ljuni XIII (1878-1903)
255. Piju X (1903-1914), Qaddis
256. Benedittu XV (1914-1922).
257. Piju XI (1922-1939)
258. Piju XII (1939-1958), Venerabbli
259. Ġwanni XXIII (1958-1963), Beatu
260. Pawlu VI (1963-1978), Qaddej t’Alla
261. Ġwann Pawlu I (1978), Qaddej t’Alla
262. Ġwann Pawlu II (1978 - 2005), Venerabbli
263. Benedittu XVI (2005 - 2013) Papa Emeritu sa ma jmut
264. Il-Papa Franġisku (2013 -         )
 

Kitba: Noel Ciantar minn diversi sorsi ikkwotati hawn fuq
Ritratti: Mill-Internet

Christ_Handing_the_Keys_to_St._Peter_by_Pietro_Perugino
Cardinals1

“In-numru ta' papiet skont in-nazzjonalità tagħhom huwa hekk: Taljani - 202; Franċiżi - 19; Griegi - 14; Sirjani - 8; Ġermanizi - 6; Afrikani - 3; Spanjoli - 3; Dalmazjani - 2; u wieħed Awstrijak; Portugiż; Palestinjan (San Pietru); Ingliż, Olandiż u Pollakk.”

Early_Council
Bidu tal-Konklavi - Ritratt: AP/Vatikan
Gregorythegreat
300px-Council_of_Trent
Swuss Guards 2

“Ġwanni II (533 - 535) kien l-ewwel Papa li bidel ismu hekk kif sar Papa. Dan għamlu billi l-isem proprju tiegħu kien Merkurju, isem ta' alla pagan. Mill-banda l-oħra, il-Papa Marċell II (1555) kien l-aħħar Papa li żamm l-isem li tawħ meta Għammduħ.”

Swiss Guards 1
PopeFrancisCoatofArms
Pope Francesco
StPetersBasilicaEarlyMorning

webmaster@kappellimaltin.com   [Iktbilna jekk issib links miksurin]                                                                             Noel Ciantar © 2012-2017