KappelliMaltinTitleBanner Tal-Balal-ver01
New Logo - Kappelli Maltin - White SMALL

 

 

Il-Gran Mastri
tal-Ordni ta’ San Ġwann

450px-Flag_of_the_Sovereign_Military_Order_of_Malta_svg

Kull fejn tħares, f'Malta tara sinjali tal-Ordni ta' San Ġwann.  Is-salib ta' tmin ponot, l-embelma tal-Ordni, illum assoċjat ukoll ma' Malta tant li nsibuħ bħala l-arma uffiċjali ta' istizzjonijiet diversi bħalma huma l-ajruplani tal-Air Malta u l-vapuri li jaqgħu taħt ir-reġistru Malti.  Insibuħ ukoll fuq il-flokk tat-team nazzjonali tal-football Malti.

Iżda mhux minn dejjem kien hekk.  L-Ordni twaqqaf fl-1048 u għalhekk għandu storja ta' kważi elf sena.  Il-miġja tal-Ordni f'Malta hi biss perjodu, għalkemm forsi ukoll l-aktar glorjuż u l-aktar magħruf, fi storja li kompliet f'forma jew oħra sal-ġurnata tal-lum.

L-Ordni jagħraf 79 mexxej tiegħu taħt it-titlu ta' Gran Mastru.  Ġeneralment, Gran Mastru kien isir għal għomru.  L-istatut tal-Ordni jipprovdi biex issir elezzjoni għal Gran Mastru ieħor sa tlett ijiem mill-mewt tal-Gran Mastru attwali.  Bħal kull f'istituzzjoni oħra, dan mhux dejjem seta' jsir (ara, bħala eżempju, il-lista tal-Papiet tal-Knisja Kattolika) u għalhekk okkażjonalment kien ikun hemm perjodu fej il-kariga tibqa' vakanta u l-Ordni jiġi mmexxi minn persuna oħra, ġeneralment taħt it-titlu ta' Logutinent, sakemm timtela'.  Darbtejn fl-istorja tal-Ordni kien hemm menbri li poġġew ruħħom flok il-Gran Mastru għal xi perjodu u li llum jitqiesu bħala Gran Mastru rivali.  Dawn m'humiex parti mill-lista uffiċjali li żżomm l-Ordni ta' dawk li kienu mexxejja tagħha.

Fil-bidu

L-Ordni twaqqaf fl-1048 fi żmien l-Ewwel Kruċjata minn għadd ta' Merkanti mir-Repubblika ta' Amalfi.  Dawn ġabu permess m'għand il-Kalif tal-Eġittu biex jibnu sptar u knisja f'Ġerusalemm sabiex ikunu jistgħu jaqdu l-ħtiġijiet tal-pellegrini li kienu jżuru l-Art Imqaddsa.  L-Ordni ta' San Ġwann ta' Ġerusalem kien komunità monastika li saret indipendenti taħt it-tmexxija l-ewwel fundatur tagħha il-Beatu Gerard.

Il-Papa Baskal II, permezz tal-Bolla tal-15 ta Frar tal-1113, approva t-twaqqif tal-Ordni l-ġdid bi privileġġi parikolari fosthom li jkunu sottomessi direttament għall-Papa (i.e.:  li jkunu indiopendentament sovrani minn-kull stat ieħor) u li setgħu jaħtru huma l-mexxej tagħhom.  Naturalment, bħala ordni monastiku, il-kavallieri kienu jieħdu l-voti tal-faqar, ubbidjenza u kastità.

Dan l-Ordni kien ukoll responsabbli biex jiddefendi militarment il-morda, il-pellegrini u t-territoji mirbuħin mill-Insara.  Mal-missjoni li jieħdu ħsieb il-morda żdied ukoll l-obbligu li l-Ordi jiddefendi wkoll il-Fidi.  Bi żmien, l-Ordni addotta s-Salib ta' Tmien Ponot abjad bħala s-simbolu tal-Ordni, oriġinarjament is-simbolu tar-Repubblika Marittima ta' Amalfi, u li issa llum hu aktar assoċjat ma' dan l-Ordni u ma' Malta.

Il-motto li addotta l-Ordni kien "Pro Fide, Pro Utilitate Hominum" li jfisser "Għall-Fidi u Għas-Servizz tal-Umanità".
 

Krak_des_Chevaliers_01Wiki

F'Ċipru u Rhodi

Ġerusalemm reġgħet waqġhet f'idejn il-Mislem fl-1187 u fl-1291 waqgħet il-Belt ta' Akkri, li kienet l-aħħar belt miżmuma mill-Insara fil-Lvant Nofsani.  L-Ordni sab refuġju fir-Renju ta'Ċipru iżda l-Gran Mastru ta' dak iż-żmien, Fulkes de Villaret, xtaq li l-Ordni jkollu t-territorju sovran tioegħu.  Wara sentejn ta' ġlied, f'Awwissu tal-1309, ittieħdet il-gżira ta' Rhodi u xi ġzejjer ta' madwarha minn idejn il-Biżantini.

Fl-1312, il-Papa iddissolva l-Ordni tat-Templari u ħafna mill-propjetà li kellhom inagħtat lill-Ordni tal-Kavallieri ta' San Ġwann.  Il-ġid li kellhom imxerred madwar l-Ewropa inqasmu fi tmin Lingwi, dawk ta' Aragona, ta' Averna, ta' Kastilja, tal-Ingilterra, ta' Franza, tal-Ġermanja, tal-Italja u ta' Provenza.  Kull Lingwa kienet titmexxa minn Balliju.

F'Rhodi, l-Ordni kellu jissaħħah militarmentminħabba l-attakki kontinwi tal-pirati tal-Barbarija.  Fis-seklu ħmistax, l-Ordni f'Rhodi irreżista żewġ attakki kontriħ, wieħed fl-1444 mis-Sultan tal-Eġittu u l-ieħor fl-1480 mis-Sultan Ottaman Mehmet II.

Fl-1522, it-Torok Ottomani taħt is-Sultan Suleiman il-Manjifiku reġgħu attakkaw l-Ordni f'Rhodi iżda din id-darba, il-qawwiet tal-għadu kienu aktar minn  għaxar darbiet dawk tal-Ordni u wara assedju ta' sitt xhur, l-Ordni ċeda.  Il-qlubija tal-Kavallieri u tal-mexxej tagħom dak in-nhar, il-Gran Mastru Philippe Villiers de L'Isle-Adam wasslet biex il-Kavallieri u xi nies oħrajn tħallew jirtiraw fi Sqallija mill-Ottamani.  Il-Gran Mastru inagħta t-titlu ta' "Difensur tal-Fidi" mill-Papa Adrijanu VI.


Kastell tal-Kavallieri f'Rhodi - wiki

L-Ordni f'Malta

L-Ordni baqa' bla territorju sal-1530.  Ir-Re Karlu V ta' Spanja, bl-approvazzjoni tal-Papa Klement VII, ta lill-Malta lill-Ordni sabiex, b'bażi f'nofs il-Mediterran, ikunu jistgħu jerġghu jissaħħu u jgħinu biex jiddefendu kontra l-Mislem li kien fi gwerra kontinwa mal-istati Nsara fil-Mediterran.  L-Ordni ġie Malta, b'nofs qalb, iżda ma tantx kellhom għażla oħra.

Wara l-Assedju l-Kbir tal-1565 jidher li l-Ordni ddeċieda li jankra f’Malta u bena belt ġdida biex jakkomoda l-magna amministrattiva tiegħu.  Issaħħet id-difiża iżda l-kavallieri ħasbu wkoll għall-kumdità b’bini ta’ palazzi, bereġ, knejjes kif ukoll postijiet ta’ divertiment bħall-Mall u teatru Manoel.  Fl-1571 il-flotta tal-Ordni kkontribwiet sew for-rebħa tal-pajjiżi Nsara fuq dawk Misilmin fil-battalja ta’ Lepanto.

Iżda żminijiet bdew jinbidlu wkoll. Ir-Riforma Protestana f’pajjiżi bħall-Ingilterra, l—Iskozja, il-Ġermanja u l-Olanda fissret ukoll li l-Ordni tilef ħafna mid-dħul li kellu f’dawn il-pajjiżi.  Is-sibi, li kien qliegħ prinċipali ieħor għaqll-Ordni naqas sew u l-Ordni beja jitlef is-saħħa meta kkumparat ma’ qawwiet oħrajn emerġenti Ewropej.  L-Ordni kien marbut li ma jiħux naħat fi kwestjonijiet bejn pajjiżi Nsara u dan seta’ wkoll tellfu mill-jagħmel allejanzi strateġiċi ma’ min kien jaqbillu.


St._AngeloWiki

 

L-Ordni wara Malta

Fl-1798 tfaċċat f’Malta il-flotta Franċiża ta’ Napuljun Bonaparti li bi skuża li kellha dritt tirrifornu l-ilma, u bl-għajnuna ta’ għadd ta’ Kavallieri Franċiżi li kienu aktar lejali lejn l-idejoloġija ta’ Napuljun milli mill-Ordni tagħhom, suldati Franċiżi żbarkaw f’Malta u ħakmuha mingħajr ġlied. 

Il-Kavallieri, taħt it-tmexxija tal-aħħar Gran Mastru f’Malta Ferdinand Von Hompesch, ċedew mingħajr reżistenza.  Filwaqt li s-Sovranità tal-Ordni reġgħet kienet affirmata fit trattat ta’ Amiens fl-1802, l-Ordni qatt ma reġgħet ġiet lura Malta bħala ħakkiema.

Il-maġġoranzatal-Kavallieri marru r-Russja u ħatru lit- Tsar Paul I bħala s-70 Gran Mastru tal-Ordni, xi ħaġa li qatt ma kienet għadha saret.  Fir-Russja (St. Petersburg) it-Tsar Pawlu I ħoloq il-Gran Prijoritat tar-Russia.  L-oħrajn xterrdu madwar l-Ewropa kollha fi Franza, Spanja, il-Prissja, il-Bavarja, l-Italja u l-Ingilterra.

Fis-snin ta’ wara, is-sede amministrattiva tal-Ordni inagħtaw il-permess mir-Re ta’ Napli biex jistabilixxu rwieħhom fi Sqallija f’Katanja u Messina fejn damu sal-1826.  Fl-1834, wara ftit żmien ġo Ferrara, l-Ordni stabilixxiet ruħha f’Ruma f’Palazzo Magistrale ġo Via Condotti ħdejn Pjazza di Spanja fejn inagħtat sovranita extraterritorjali (bħall-Vatikan).

Sede f'RumaLura lejn l-għeruq

F’dan iż-żmien id-dħul tal-Ordni naqas sew u l-Ordni ddgħajef bħala konsegwenza.  Dan hu rifless ukoll fil-fatt li kien hemm żminijiet, bejn l-1805 u l-1879, fejn l-Odni kien qed jiġi mmexxi minn Logutenenti minflok minn Gran Mastru.  Fl-1879 il-Papa Ljun XIII reġa ta Gran Mastru lill-Ordni.  Minn hawn, id-direzzjoni tal-Ordni nbidel u reġa’ mar għall-egħruq tiegħu, jiġifieri dak ta’ Ordni reliġjuż iffukat fuq xogħol umanitarju.  Dan intwera l-aktar fl-Ewwel Gwerra Dinjija (1914-1918) u aktar tard taħt Fra' Ludovico Chigi Albani della Rovere fit-Tieni Gwerra Dinjija.

Illum, l-Ordni (SMOM) hu rrapreżentat f’120 pajjiż.  Għandu 12-il Gran Prijoritat u Subprijoritat u 47 Assoċċjazzjoni Nazzjonali.  Dan huma responsabbli għal għadd kbir ta’ sptarijiet. ċentri mediċi, kliniċi, day centres, korpi tal-ewwel għajnuna u fundazzjonijiet speċjalizzati.  Għandu madwar 13-il elf membru, 80 elf voluntier u 20 elf speċjalisti mediċi (tobba, infermiera u paramediċi).  Jioeħdu ħsieb fqar, xjuħ, morda, nies b’diżabiltà, nies bla dar, pazzjenti terminali u anke ċentri tal-mard tal-ġdim.  L-Ordni hu nvolut b’mod umanitarju ukoll kull fejn ikun hemm xi konflitt, gwerra u diżastri naturali b’ħidma medika, assistenza umanitaja lir-refuġjati, tagħmir u mediċini.  F’Malta kenna wkoll, għal snin twal, il-Bank tad-Demm imħaddem mill-Ordni.

Riċentament l-Ordni reġa’ ġie Malta wara li ngħata l-użu tal-Fort Sant’Anġlu b’kera għal 99 sena.

Fis-sena 2013 il-Kavallieri ċċelebraw l-għeluq id-900 sena mit-tqawwif tal-Ordni tagħhom.  Huma għamlu viżta lill-Vatika  kellhom udjenza mal-Papa Benedettu XVI.
 

Knights of the Order of Malta walk in procession toward St. Peter's Basilica to mark the 900th anniversary of the Order of the Knights of Malta, on Saturday (9th February 2013) at the Vatican. Photo: Andreas Solaro/AFP/Getty Images

beato-gerardo

Il-Beatu Gerard, fundatur tal-Ordni

Knight Hospitaller Praying

“Krak des Chevaliers – Fortizza medjevali fis-Sirja li ngħatat lill-Kavallieri Ospitaljieri mill-Konti Raymond II, Konti ta’ Tripoli.  Fl-aqwa tagħha, kienu jgħixu fiha madwar 2000 kavallier.  Intilfet fl-1271 wara li ġiet assedjata għal 36 jum mis-Sultan Mamluk Baibars.  Illum is-sit hu World Heritage Site tal-UNESCO.

“Il-kappella ta’ Santa Marija Damaxxena, kienet isservi ta’ knisja parrokkjali għal dawk in-nies li kienu ġew Malta minn Rhodi mal-Kavallieri wara li dawn tal-aħħar kienu tkeċċew minn hemm.  In-numru ta’ dawn in-nies ma kienx żgħir. Hu kkalkulat li mal-kavallieri ġew mal-4,000 ruħ f’Malta, li madwar 64 familja minnhom kienu minn Rhodi. Dawn in-nies kollha kienu Nsara bħalna, bid-differenza li kienu jipprattikaw il-funzjonijiet reliġjużi tagħhom bir-rit Grieg.”

JPDV-de-Valette

Il-Gran Mastru de Valette, mexxej waqt
l-Assedju l-Kbir tal-1565

“Xejn mhu magħruf aktar mill-Assedju l-Kbir.”

Voltaire

SMOM3 - Bolla mahruga mill-Ordni

“Fl-1968 l-Ordni kien waqqaf Bank tad-Demm f’Malta li oriġinarjament kien amministrat mill-Kapitlu tal-Katidral Metropolitan tal-SMOM. Tekinikament kien “ċentru ta’ ġbir ta’ demm għat-trasfużjoni” u mhux “bank tad-demm”, imma dejjem kien magħruf bħala l-“Bank tad-Demm” . Fl-1973, dan għadda f’idejn il-Gran Maġisteru tal-SMOM li kellu s-sede tiegħu f’Ruma. F’Novembru tal-2000, beda jiġi amministrat mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-SMOM. Id-demm kollu li kien jinġabar kien jinagħta lill-Bank tad-Demm Nazzjonali fi Pjazza San Luqa fi G’Mangia.  Dan is-servizz waqaf fl-2006 meta imbagħad għadda kollox f’idejn iċ-Ċentru Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm.”

ksjgen
grandmasters2

Fil-Palestina

1

The Blessed Gerard

1099-1120

2

Raymond du Puy de Provence

1120-1160

3

Auger de Balben

1160-1163

4

Arnaud de Comps

1162-1163

5

Gilbert d'Aissailly

1163-1170

6

Gastone de Murols

c. 1170-1172

7

Jobert of Syria

1172-1177

8

Roger de Moulins

1177-1187

9

Armengol de Aspa (Provisor)

1187-1190

10

Garnier de Nablus

1190-1192

11

Geoffroy de Donjon

1193-1202

12

Afonso de Portugal

1203-1206

13

Geoffrey le Rat

1206-1207

14

Guérin de Montaigu

1207-1228

15

Bertrand de Thercy

1228-1231

16

Guerin de Montacute

1231-1236

17

Bertrand de Comps

1236-1240

18

Pierre de Vielle-Bride

1240-1242

19

Guillaume de Chateauneuf

1242-1258

20

Hugues de Revel

1258-1277

21

Nicolas Lorgne

1277-1284

F’Ċipru

22

Jean de Villiers

1284-1294

23

Odon de Pins

1294-1296

24

Guillaume de Villaret

1296-1305

F’Rhodi

25

Foulques de Villaret

1305-1319

26

Hélion de Villeneuve

1319-1346

27

Dieudonné de Gozon

1346-1353

28

Pierre de Corneillan

1353-1355

29

Roger de Pins

1355-1365

30

Raymond Berengar

1365-1374

31

Robert de Juilly

1374-1376

32

Juan Fernández de Heredia

1376-1396

33

Riccardo Caracciolo (Gran Mastru rivali)

1383-1395

34

Philibert de Naillac

1396-1421

35

Antoni Fluvià

1421-1437

36

Jean de Lastic

1437-1454

37

Jacques de Milly

1454-1461

38

Pere Ramon Sacosta

1461-1467

39

Giovanni Battista Orsini

1467-1476

40

Pierre d'Aubusson

1476-1503

41

Emery d'Amboise

1503-1512

42

Guy de Blanchefort

1512-1513

43

Fabrizio del Carretto

1513-1521

F’Malta

44

Philippe Villiers de L'Isle-Adam

1521-1534

45

Piero de Ponte

1534-1535

46

Didier de Saint-Jaille

1535-1536

47

Juan de Homedes y Coscon

1536-1553

48

Claude de la Sengle

1553-1557

49

Jean Parisot de la Valette

1557-1568

50

Pierre de Monte

1568-1572

51

Jean de la Cassière

1572-1581

 

Mathurin Romegas (Logutenent mill-1577 sal-1581 u Gran Mastru rivali fl-1581)

1581-1581

52

Hugues Loubenx de Verdalle

1581-1595

53

Martin Garzez

1595-1601

54

Alof de Wignacourt

1601-1622

55

Luís Mendes de Vasconcellos

1622-1623

56

Antoine de Paule

1623-1636

57

Giovanni Paolo Lascaris

1636-1657

58

Martin de Redin

1657-1660

59

Annet de Clermont-Gessant

1660-1660

60

Raphael Cotoner

1660-1663

61

Nicolas Cotoner

1663-1680

62

Gregorio Carafa

1680-1690

63

Adrien de Wignacourt

1690-1697

64

Ramon Perellos y Roccaful

1697-1720

65

Marc'Antonio Zondadari

1720-1722

66

António Manoel de Vilhena

1722-1736

67

Ramon Despuig

1736-1741

68

Manuel Pinto da Fonseca

1741-1773

69

Francisco Ximenes de Texada

1773-1775

70

Emmanuel de Rohan-Polduc

1775-1797

71

Ferdinand von Hompesch zu Bolheim

1797-1799

F’San Petroburgo

72

Paul I of Russia (Gran Mastru de facto)

1798-1801

 

Nikolay Saltykov (Logutenent de facto)

1801-1803

F’Messina, Catania u Ferrara

73

Giovanni Battista Tommasi

1803-1805

 

Innico Maria Guevara-Suardo (Logutenent)

1805-1814

 

Andrea Di Giovanni y Centellés (Logutenent)

1814-1821

 

Antoine Busca (Logutenent)

1821-1834

F’Ruma

 

Carlo Candida (Logutenent)

1834-1845

 

Philippe di Colloredo-Mels (Logutenent)

1845-1864

 

Alessandro Borgia (Logutenent)

1865-1871

 

Giovanni Battista Ceschi a Santa Croce (Logutenent)

1871-1879

74

Giovanni Battista Ceschi a Santa Croce

1879-1905

75

Galeas von Thun und Hohenstein

1905-1931

76

Ludovico Chigi Albani della Rovere

1931-1951

 

Simonetti (Logutenent)

1951-1955

 

Ernesto Paternó Castello di Carcaci (Logutenent)

1955-1962

77

Angelo de Mojana di Cologna

1962-1988

 

Jean Charles Pallavicini (Logutenent)

1988-1988

78

Andrew Bertie

1988-2008

 

Giacomo dalla Torre del Tempio di Sanguinetto (Logutenent ad interim)

2008-2008

79

Matthew Festing

2008-2017

 

Ludwig Hoffmann von Rumerstein  (Logutenent ad interim)

2017

 

Giacomo dalla Torre del Tempio di Sanguinetto  (Logutenent ad interim)

2017 - prezent

Kitba: Noel Ciantar
Ritratti: Mill-Internet

200px-Siege Of Acre - Wikipedia
260px Knights hospitaller Wikipedia
Caravaggio - Portrait of a Knight of Malta
French Knight 1678
Russian Grand Priory Badge
Fra' Matthew Festing
758px-Malta_Knights-Wiki

Noel Ciantar © 2012-2023    webmaster@kappellimaltin.com