KappelliMaltinTitleBanner Tal-Balal-ver01
New Logo - Kappelli Maltin - White SMALL

 

 

Kurżitajiet: Kappella
fil-minjatura, skala 1:12

WEB_CuriousSmall

Fis-sit tagħna għandna xi artikli dwar dilettanti tal-kappelli li jħobbu jagħmlu mudelli fil-mijatura, fosthom tat-terracotta (Carmelo Vella), bl-injam (Ġiġi Mallia u Anġlu Fenech) u bil-ġebel (Frans Casha).

Id-delizju tal-immudellar mhux f’Malta biss jeżisti u riċentament, f’artiklu f’gazzetta Ingliża, iltqajt ma’ ritratt li juri  mudell ta’ knisja Kattolika fil-stil  Gotiku, c. 1275-1300 – liema mudell inbena madwar 1937.  Id-dettall li fih huwa impressjonanti. 

Dan huwa biss wieħed minn għadd ta’ kmamar fil-minjatura mibnijin minn Narcissa Niblack Thorne, li mietet fl-1966.  Thorne ħadmet fuq dawn il-mudelli iddettaljati bejn l-1930 u l-1960.  Il-mudelli ta’ kmamar diversi  u f’epoki differenti (seklu 13 sa 20) bniethom fi skala 1:12, jiġifieri kull pied tul ċekkintu daqs ta’ pulzier.  Mudelli inkredibbli ta’ djar lussużi madwar id-dinja li hi stess kienet żaret u rat.  Thorne ħadmet 99 minn dawn il-mudelli u 70 minnhom jinstabu fl- Istitut tal-Arti ta 'Chicago fil-kmamar imsejħin għaliha – il-kmamar “Thorne”.  L-oħrajn jinsabu sparpaljati f’mużewijiet oħrajn u f’idejn privati.

Mal-ewwel daqqa t'għajn, dawn il-kmamar jistgħu faċilment jiġu mħawdin ma’ ritratti meħuda minn diversi postijiet madwar id-dinja tant huma preċiżi anke fid-dettall.  Minħabba d-dettall li fihom dawn jitnaddfu bir-reqqa bil-pinzetta u biċċiet tat-tajjar.

Thorne twieldet f’Vincennes, Indiana, fl-1882  u vvjaġġat estensivament minn etą żgħira.   Lura d-dar fl-1930, hija bdiet tikkummissjona artiġjani kapaċi biex jibnu strutturi ta 'daqs dollhouse li fihom setgħu jakkomodaw mudelli ta’ għamara fiċ-ċokon.

Minn dan kibret il-passjoni fiha għall-iddisinjar u bini ta’ dawn il-mudelli.  Fortunatament għal Thorne, fl-1901 iżżewġet li maħbub ta’ tfulita James Ward, li kien ikull werriet sinjurun tal-Montgomery Ward Department Store.  Kellha żewġt itfal iżda billi kellha ħafna flus, setgħet tiddedika ħafna ħin għal dan il-passatemp għali mingħajr ma kellha għalfejn tbiegħhom.  Qatt ma talbet flus għall-kreazzonijiet tagħha.  Anzi, id-Depressjoni tal-1930 għamililha faċli li ssib artiġġani kapaċi biex tkompli bid-delizju tagħha.

Ħafna mill-wirjiet kmieni tagħha kienu privati, u miżmuma biex jibbenefikaw karitajiet lokali, iżda hi aktar tard bdiet turi x-xogħol tagħha fl-istabbilimenti inkluż fil-fiera dinjija li kienet saret fi New York fl-1940.

24007F1600000578-0-image-a-90_1418422226056

Fl-1946, ir-raġel ta’ Thorne miet, u ħalla lil martu madwar 2miljun dollaru fi propjetą.

Gallerija permanenti għall-mudelli tagħha twaqqfet fl-Istitut tal-Arti f’Chicago fl-1954, wara li Thorne waqqfet fond biex ikopri l-ispejjeż ta' kura u żamma tal strutturi delikati tagħha.

Thorne għalqet il-ħanut tax-xogħol tagħha fl-1966 minħabba saħħitha li kienet qed tmur lura, u mietet l-istess sena f 'Chicago.

Kitba: Noel Ciantar
Ritratti: mill-Internet

Scroll
24007F2A00000578-0-image-a-92_1418422290907

Noel Ciantar © 2012-2023    webmaster@kappellimaltin.com